Lokali

Repubblika titlob għar-riżenja taċ-Chairman tal-Gozo Channel

Permezz ta’ stqarrija, Repubblika qed tappoġġja lil Xandru Cassar kif ukoll l-attivisti sħabu fid-dawl tad-diskors ta’ mibegħda indirizzat lejhom.

Repubblika tħeġġeġ lill-‘Hate Crime and Speech Unit’ biex tinvestiga din il-kwistjoni u tieħu l-passi kollha meħtieġa biex twaqqaf l-intimidazzjoni u l-ibbuljar immirat lejn dawn l-attivisti.

Repubblika hija partikolarment imfixkla mill-mibegħda kontinwa li ngħatat fuq il-midja soċjali minn persuni li għandhom kariga pubblika, l-aħħar is-Sur Joe Cordina, Chairman tal-Gozo Channel.

Din l-imġieba mhux aċċettabbli fis-soċjetà ċivili u Repubblika qed jistqarru li s-Sur Cordina għandu jintalab jagħmel ir-riżenja tiegħu.