Lokali

Robert Abela qed juri biċ-ċar li nieqes mil-leadership – PN

Robert Abela nieqes mil-leadership u għal darb’oħra naqas milli jagħti direzzjoni ċara fejn mmorru post-COVID-19, se jwaqqaf l-għajnuniet lill-ħaddiema u ma ressaqx ‘il quddiem inċentivi ċara għall-għajnuna meta hawn ħafna familji li għadhom qegħdin ibatu biex jaslu sal-aħħar tax-xahar u meta l-għajnuniet se jitwaqqfulhom ukoll.

Meta ħalla 110,000 ħaddiem bla għajnuna f’dan iż-żmien ta’ kriżi, intuli tkellem u ftaħar bis-surplus għax il-mudell ekonomiku tal-Gvern Laburista, li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni wriet li kien mudell ekonomiku ħażin. Dan meta għall-Gvern Laburista hemm 7,000 persuna u l-familji tagħhom li għalih ma jeżistux.

Robert Abela nieqes mil-leadership ukoll għax mhux jiggarantixxi li ssir ġustizzja. Wara dak li ġie żvelat fil-midja, llum stess għandu jkeċċi lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar mill-konsulenzi u għada għandu jiġi investigat. Dan biex il-Korp tal-Pulizija jerġa’ jakkwista l-kredibbilta’ u l-ġieħ li verament jistħoqqlu.