Futbol Sport

Tikkomplika s-sitwazzjoni ta’ Werder Bremen fil-klassifika tal-Bundesliga

(Ritratt: EPA)

Werder Bremen jinsabu aktar qrib ir-relegazzjoni wara li sfaw megħluba 1-0 f’darhom minn Wolfsburg. B’din ir-rebħa, it-tim ta’ Oliver Glasner reġa’ jinsab fis-sitt post li jfisser post fil-UEFA Europa League staġun ieħor. WOUT WEGHORST iddeċieda l-konfront fit-82 minuta b’daqqa ta’ ras wara kross mil-lemin.

Draw ta’ 1-1 bejn Union Berlin u Schalke fl-Alte Försterei Stadium. Kienu Union Berlin li fetħu l-iskor fil-11-il minuta b’passaġġ preċiż ta’ Anthony Ujah lejn ROBERT ANDRICH li avvanza u għeleb lil Alexander Nübel b’xutt fil-baxx. Schalke ġabu d-draw fit-28 minuta b’xutt djagonali fil-baxx ta’ JONJOE KENNY minn barra l-kaxxa.

Augsburg u Köln ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1, biż-żewġ gowls jaslu lejn tmiem il-partita. Wara li Florian Niederlechner falla penalty għal Augsburg fis-27 minuta, kienu Köln li marru fil-vantaġġ fil-85 minuta permezz ta’ ANTHONY MODESTE wara li rċieva minn Ismail Jakobs. PHILIPP MAX ġab id-draw tliet minuti wara b’xutt mill-ewwel.

Bundesliga

Illum: Augsburg v Köln 1-1, W. Bremen v Wolfsburg 0-1, Union Berlin v Schalke 1-1

Klassifika wara 30 ġurnata: Bayern Munich 70 punt, Borussia Dortmund 63 punt, Leipzig 59 punt, Borussia Mönchengladbach 56 punt, Bayer Leverkusen 56 puny, Wolfsurg 45 punt, Hoffenheim 43 punt, Freiburg 41 punt, Hertha Berlin 38 punt, Schalke 38 punt, Eintracht Frankfurt 35 punt, Köln 35 punt, Augsburg 32 punt, Union Berlin 32 punt, Mainz 31 punt, Fortuna Düsseldorf 28 punt, Werder Bremen 25 punt, Paderborn 20 punt