Lokali

Bżonn ta’ aktar għajnuna fejn jidħlu l-kirjiet – Chamber tal-SMEs

Il-Kamra tal-SMEs tilqa’ b’mod pożittiv l-miżuri mħabbra llum mill-Gvern, għalkemm innotat li hemm ħafna aspetti fejn stenniet li jsir aktar. Fost l-oħra, il-bżonn ta’ aktar għajnuna għall-ħlas tal-kirjiet kummerċjali.

Il-President Paul Abela qal li dawn huma żminijiet diffiċli għal pajjiżna, u dawn ix-xhur se jikkaratterizzaw l-ekonomija Maltija fil-perijodu ta’ wara l-Covid.

Iċ-Chamber hi sodisfatta li fil-programm preżentat mill-Gvern ġew inklużi diversi proposti li ġew preżentati minnha.

Il-Kamra tal-SMEs qalet li hemm setturi li jeħtieġu jingħataw direzzjoni ċara, fosthom l-organizzaturi ta’ avvenimenti u tiġijiet.