Lokali Unjoni Ewropea

ESKLUSSIVA: Azzopardi l-ħaruf tas-sagrifiċċju; jitkeċċa minn Rappreżentant Permanenti fl-UE

Saga sħiħa f'nofs il-kriżi tal-immigrazzjoni

Il-Gvern ta’ Robert Abela jidher li sab il-ħaruf tas-sagrifiċċju minflok ma jipprova jsaħħaħ il-pożizzjoni politika tiegħu dwar l-immigrazzjoni irregolari.

Fil-fatt, NET News jinsab infurmat li l-Gvern se jwaħħal fir-Rappreżentant Permanenti għal Malta fl-Unjoni Ewropea Daniel Azzopardi għax, skont il-Gvern, ma għamilx biżżejjed f’din is-saga kollha.

Għaldaqstant, dejjem skont l-informazzjoni li waslet għand NET News, Azzopardi rċieva korrispondenza mingħand il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo, li qallu li qed jitkeċċa minn postu fi Brussell.

Madankollu, s’issa, din it-tkeċċija tidher li qed tinżamm sigrieta mill-Gvern. Daniel Azzopardi nħatar bħala Rappreżentant Permanenti għal Malta fl-Unjoni Ewropea mill-Gvern ta’ Joseph Muscat f’Lulju 2018.