Għawdex Lokali

RITRATTI u FILMAT: Delfin jidħol qrib l-art fil-Port tal-Imġarr

Dehra mhux tas-soltu dalgħodu fil-Port tal-Imġarr Għawdex, ftit ‘il bogħod minfejn issoltu jitrakkaw il-vapur li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer, hekk kif għal xi ħin delfin deher jagħti spettaklu lil dawk li kienu fil-qrib.

Ritratti u filmat li rċieva NET News juru lid-delfin idur viċin ħafna tal-art u bil-qbiż tiegħu, jittanta lil min kien qed jiggustah minn fuq xi dgħajsa jew minn fuq il-moll.

(Ritratti: Viktor Cutajar)