Lokali Parlament

€800,000 għandhom jintefqu b’mod sostenibbli flok temporaju fil-Bajja tal-Mellieħa

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella lill-gvern biex minflok jinvesti €800,000 b’mod temporanju f’parkeġġ fil-Bajja tal-Mellieħa, jwettaq proġett sostenibbli fl-istess żona biex ma jkunx hemm sparpalajr ta’ flus il-poplu.

Fl-Aġġornament tal-parlament Robert Cutajar qal li fl-2018 kien tkellem dwar l-estenzjoni tal-Bajja tal-Għadira u qal li din il-bajja kkontribwiet bil-kbir għas-settur ekonomiku.

Hu appella lill-gvern biex ipoġġi l-istduji tiegħu għaliex dawn ma tpoġġew tliet snin ilu mill-Ministru ta’ dak iż-żmien Konrad Mizzi. Robert Cutajar sostna li l-gvern għandu jassigura li jin hemm it-trasport pubbliku addatt biex ir-residenti ma jkunux effettwati.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li lil Projects Malta hu kien appellalhom biex jekk isir parkeġġ, allura hemm parekġġ li ma kellu l-ebda restrizzjonijiet ta’ skedar arkeoloġiku u ambjentali. Sal-lum dan għadu parkeġġ pubbliku bla restrizzjonijiet; propju fejn issa l-gvern ħabbar proġett ta’ parkeġġ.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni qal li l-Ministriu Ian Borg qed jgħid li s-sit fejn se jsir dan il-parkeġġ hu delapidat u ma jirriflettix il-prodott turistiku. Il-Ministru Borg qed jgħid li dan il-proġett hu tal-inqas intervent possibbli fiż-żona.

Dan ifisser li se jintefqu €800,000 fi proġett li mhux sostenibbli biex tissolva l-problema temporjament. L-istudji ambjentali għandhom jikkonfermaw li mhux se ssir ħsara lill-Bajja tal-Mellieħa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern għandu jieħu l-parir tal-PN biex il-post jiġi massimizzat u tintuża ż-żona u jitħaffru metri ta’ aprkeġġ taħt l-art. Il-gvern għandu jagħmel użu minn din iż-żona issa se titkabbar il-bajja b’20 jew 30 metru għax lanqas hemm qbil dwar kemm se titkababr il-bajja.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jista’ jsir tħaffir sa sular u jsir parkeġġ taħt l-art. Wasal iż-żmien li dan il-parkeġġ jista jintuża anki tul isena billi fuq il-parkeġġ jintuża għall-pubbliku. Dan il-post kien jintuża għall-caranvans u mis-sajjieda tal-Mellieħa, sostna Robert Cutajar.