Lokali

Ħadd għadu ma tressaq il-Qorti

Għadu mhux car jekk il-Pulizija hux se jressqu persuni l-Qorti wara li l-Ħadd il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar dak li allegatament seħħ is-Sibt abbord il-bastiment Europa II. Dan meta grupp ta’ immigranti, dejjem skont dak li qal Robert Abela, provaw itajjru d-dgħajsa billi jislodu cilindru tal-gass. L-istess immigranti, allegatament uzaw skieken biex jheddu lill-ekwipagg u l-membri tas-sigurta’.

Wara dawn l-istqarrijiet ta’ certu piz illi saru l-Hadd, sa issa ma tressaq hadd il-Qorti. Fil-fatt, ghaddew jumejn minn meta l-immigranti zbarkaw fix-Xatt tal-Isla….u minn naħa tat-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija, kien hemm biss skiet totali.

Apparti minn hekk, hafna qed jistennew x’se jaghmel il-Gvern bl-425 immigrant li ddahhlu Malta s-Sibt. Filwaqt li l-Prim Ministru stqarr li ghalih ‘rilokazzjoni’ mhix soluzzjoni…il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo ghaddej b’tahdidiet mal-pajjizi Ewropej biex issir propju din ir-rilokazzjoni tal-immigranti.

L-Italja ukoll qed timbotta din il-politika mal-Kummissjoni Ewropea, hekk kif hemm biża’ li fix-xhur li ġejjin …fl-eqqel tas-Sajf….mal-20,000 immigrant jaqsmu lejn Lampedusa u Sqallija.

Fil-passat, Gvern Nazzjonalista kien bena rabtiet sodi ma’ pajjizi Ewropej u lil hinn…u hafna kienu dawk li hadu immigranti minn Malta, inkluz l-Istati Uniti. Iżda jidher li l-Gvern Laburista mhux jasal b’din il-politika.

Sadatant, fuq Facebook, Evarist Bartolo ħass il-bżonn li jindirizza lil dawk illi jahsbu li hrug mill-Unjoni Ewropea issolvi l-isfida kbira tal-immigrazzjoni. Il-Ministru stqarr li hrug mill-Unjoni Ewropea jaghmel is-sitwazzjoni aghar ghal pajjizna, ghaliex inkunu hafna izjed wahedna biex niffaccjaw sfida li ebda pajjiz ma jista’ jsolvieha wahdu.

Fl-istess waqt imma, imkien ma spjega x’inhu l-pjan tal-Gvern biex jindirizza din il-krizi umanitarja.

Sa issa f’Malta, fl-ewwel 5 xhur tas-sena, diga’ dahlu mal-1,700 immigrant.