Lokali

Il-Gvern iħabbar pjan ta’ riġenerazzjoni…u jinsa lill-familji

Ebda roħs fid-dawl u l-ilma għall-familji u l-ebda nifs fil-ħlas tal-kirjiet residenzjali dawk kollha  li jikru d-dar tagħhom.

Dak li tant kien ħoloq antiċipazzjoni għalih Robert Abela, minn dik li kellha tkun verżjoni żgħira tal-budget annwali, issa qed jissejjaħ pjan ta’ riġenerazzjoni….u deher li kwazi nesa’ għal kollox lill dawk il-familji li qed ibatu f’dan iż-żmien ta’ sfida.

Il-Gvern għaldarboħra qed jerġa’ jkun reattiv u se jkun qed jimplimenta, b’xahrejn tard uħud mill-miżuri li l-Partit Nazzjonalista flimkien ma’ bosta msieħba soċjali, qalu li kellhom jidħlu fis-seħħ sa mill-bidu tal-pandemija, fosthom ir-roħs fil-kontijet tad-dawl u l-ilma..li se jkunu qed jorħsu biss għal 3 xhur u li iżda, il-familja minn dan ir-roħs mhu se jmisshom xejn.

Jiġifieri, il-familji se jkunu qed iħallsu bil-għoli għall-konsum li għamlu fl-aħħar ġimgħatmeta kulħadd ħela aktar dawl u ilma… hekk kif kulħadd baqa’ d-dar.

Minsija għal kollox f’dan il-pakkett ta’ riġenerazzjoni hemm il-bdiewa u r-raħħal, li f’dawn l-aħħar xhur qalgħu daqqa kbira, kif kienu minsi kull min jikri r-residenza tiegħu u f’dawn ix-xhur kellu diffikultà bil-ħlas tal-kirja. Dan għaliex filwaqt li l-Gvern se jagħti grants lin negozji fuq il-kiri tagħhom, mhux se jkun qed jgħin lill-familji li spiċċaw bi tnaqqis fid-dħul u kellhom jibqgħu iħallsu l-kirja tad-dar..

Intant hu u jwieġeb dwar in-nuqqas ta’ għajnuna lill-Familji, il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li l-Gvern “ma pruvax jolqot lil kulhadd kulhadd”.