Il-mandat ta’ inibizzjoni li sar mill-union tal-Piloti l-ALPA kontra l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta fuq it-tkeċċija ta’ 69 pilota se jibda’ jinstema’ nhar it-Tnejn, 15 ta’ Ġunju.
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-ALPA kien ħadem qatiegħ matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda biex il-mandat tressaq b’urġenza l-Ħadd li għadda. Il-Mandat kien ippreżentat fil-Qorti mill-Avukat Andre Portelli u ffirmat mill-Kaptan Dominic Azzopardi.
Għaldaqstant sakemm jinħareġ avviż ieħor il-kumpanija kellha tissosspendi t-tkeċċija tal-ħaddiema peress li issa hemm kawża pendenti fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li għadha tinstema’ quddiem l-Imħallef Toni Abela fin-12.30pm.
Fi stqarrija, l-ALPA kienet stqarret li tinsab mnikkta bin-nuqqas ta’ fiduċja murija mill-amministrazzjoni tal-kumpanija tal-linja nazzjonali, kif ukoll mill-manuvri maħsuba biex issir pressjoni fuq l-operat tal-Kumitat Eżekuttiv.
L-Assoċjazzjoni qalet li qed ssibha partikolarment stramba li d-deċiżjoni li ġew terminati l-impjieg ta’ 69 pilota. Minn informazzjoni li għandna jidher li l-ALPA se tiġġieled il-każ tagħha fost affarijiet oħra fuq il-ftehim li kien sar mal-eks Ministru Konrad Mizzi u li dan baqalu aktar minn sentejn biex jiskadi.
L-eks Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi kien iffirma ftehim mal-piloti li mhux biss jiggarantilhom l-impieg tagħhom imma s-salarju sħiħ ta’ dak li qegħdin jaqilgħu llum. Dak il-ftehim kien sar fl-2018.
//= $special ?>