Lokali Parlament

Il-PN jinsisti għal tweġibiet dwar l-immigranti li ddaħħlu Malta minn fuq il-Captain Morgan

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Adrian Delia appella lill-gvern biex iwieġeb fuq diversi aspetti tal-immigranti rregolari li ddaħlu Malta fl-aħħar ġranet wara li kienu ilhom fuq dgħajjes tal-Captain Morgan.

Fil-parlament il-Kap tal-PN Adrian Delia għamel riferenza għall-450 immigrant illegali li ddaħlu Malta fl-aħħar ġranet u staqsa fejn dawn l-immigranti jinsabu, jekk hux minnu li l-immigranti f’Malta issa laħqu s-7,000, x’inhuma d-dettalji dwar il-ftehim fil-Libja, min ħa d-deċiżjoni li jafda l-fruntieri tal-pajjiż f’idejn persuni ċivili u mhux f’idejn il-Forzi Armati Maltin, x’passi kriminali se jittieħdu kontra l-immigranti li kisru l-liġi, meta se jintbagħtu lura dawk l-immigranti li ma kellhomx dritt li jinżammu f’Malta u meta se jkunu ripatrijati l-immgiranti l-oħrajn.

Il-Gvern ma weġibx għal dwn il-mistoqsijiet tal-Kap tal-PN Adrian Delia.