Ambjent Lokali

Il-proposti tal-Periti jinkludu t-twaqqif ta’ Inġinier-Awditur

Triq issir distinzjoni ċara bejn ir-regolamenti tal-bini (li jkopru x-xogħolijiet permanenti) u r-regolamenti tal-kostruzzjoni (li jkopru ix-xogħolijiet temporanji)

F’Mejju tal-2019, il-Kamra tal-Periti kienet ippublikat il-proposti inizjali tagħha għal Qafas Modern għarRegolamenti tal-Bini u tal-Kostruzzjoni. U wara proċess ta’ konsultazzjoni matul l-aħħar tnax-il xahar, il-Kamra tal-Periti issa ppubblikat l-verżjoni finali tal-proposti tagħha.

Dawn huma ffukati fuq għaxar prinċipji primarji, li huma:

1. Is-separazzjoni tal-proċessi ta’ l-ippjanar minn dawk li għandhom x’jaqsmu mal-proċessi tal-bini;

2. L-introduzzjoni ta’ proċessi regolatorji ċari u organiżżati li jippromovu s-sigurta’ tal-pubbliku u lkwalita’, fl-interess tal-konsumatur, minflok ma dawn ikunu ffukati fuq l-attribuzzjoni tat-tort wara li jkun seħħ inċident;

3. Distinzjoni ċara bejn ir-regolamenti tal-bini (li jkopru x-xogħolijiet permanenti) u r-regolamenti tal-kostruzzjoni (li jkopru ix-xogħolijiet temporanji);

4. L-Awtorita’ tal-Bini u tal-Kostruzzjoni li ser titwaqqaf (BCA) għandu jkollha r-rwol konsolidat ta’ verifika tal-bini, il-ħruġ ta’ permessi tal-bini, l-infurzar u l-monitoraġġ tal-proċessi tal-kostruzzjoni, u t-22, entita’ pubblika li sallum għandhom rwoli differenti fil-proċessi jsiru stakeholders ewlenin fittfassil tar-regolamenti u dokumenti ta’ gwida;

5. Proġetti kbar u binjiet pubbliċi jiġu soġġetti għal skrutinju indipendenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-disinn strutturali u l-ħarsien min-nirien permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ figura professjonali ġdida (Inġinier Awditur);

6. Il-kuntratturi jkollhom il-ħiliet speċifiċi neċessarji, u jkunu kklassifikati u lliċenzjati skond tali ħiliet – huma jkunu responsabbli b’mod sħiħ għall-proċess tal-kostruzzjoni, inkluż il-xogħolijiet temporanji, u għalhekk ikollhom il-pussess tas-sit tal-kostruzzjoni sakemm jitlestew x-xogħolijiet;

7. L-infurzar tar-regolamenti tal-kostruzzjoni jkun ddelegat lil Spetturi tal-Bini u tal-Kostruzzjoni li jkunu lliċenzjati mill-Awtorita’ tal-Bini u tal-Kostruzzjoni;

8. Il-kuntratti jkollhom l-obbligu li jiċċertifikaw li x-xogħolijiet huma konformi mad-disinn,u mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Prodotti tal-Kostruzzjoni;

9. Il-fażi tal-kostruzzjoni jitqies komplut meta l-Awtorita’ tal-Bini u tal-Kostruzzjoni toħroġ il-Compliance Certificate li, inter alia, jawtoriżża li l-bini jkun jista’ jibda jintuża;

10. Isiru testijiet u awdidtjar matul il-ħajja tal-bini skond kif tistipula l-Awtorita’ tal-Bini u tal-Kostruzzjoni sabiex jiġi żgurat li l-istruttura u l-bini jibqgħu konformi mar-regolamenti tal-bini. It-tnehdija ta’ dawn il-proposti mhuwiex it-tmiem tal-proċess.

Huwa il-bidu ta’ era ġdida fl-industrija talbini u tal-kostruzzjoni. Il-pandemija tal-COVID-19 tefgħet dawl fuq diversi proċessi mhux sostenibbli li konna drajna – issa għandna l-opportunita’ li nħarsu ‘l quddiem b’viżjoni ġdida … viżjoni li hi iktar sostenibbli, u li tiffoka fuq il-progress ekonomiku filwaqt li tagħti iktar importanza lis-sigurta’ u l-kwalita’.

Il-Kamra tal-Periti tisħaq l-impenn tagħha li tassigura li dawn il-proposti jiġu implimentati, u tassigura lillGvern tal-kooperazzjoni sħiħa tagħha sabiex issir din il-qabża ta’ kwalita’, biex naraw industrija denja tasseklu wieħed u għoxrin

Ikkummenta