Id-Dipartiment tat-Tindif issejjaħ fuq il-bajja ta’ Pembroke sabiex ineħħu nagħġa mejta li intlemħet kmieni dalgħodu fuq il-blat.
Jidher li r-rapporti waslu minn diversi residenti taz-zona li kitbu fuq il-media soċjali u poġġew ritratti ta’ dik li sejħu “sejba mhux tas-soltu”.
S’issa għadu mhux magħruf kif din in-nagħġa spiċċat f’dan il-post.
//= $special ?>