Lokali

Jitlef ħajtu r-raġel ta’ 32 sena li kien involut f’inċident ġimagħtejn ilu

Raġel ta’ 32 sena residenti Marsaskala li kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni nhar il-21 ta’ Mejju fi Triq ix-Xgħajra f’Ħaż-Żabbar sfortunatament tilef ħajtu aktar kmieni llum.

L-inċident kien seħħ wara li waqgħet parti mill-istruttura tal-krejn fuq il-vittma.