Coronavirus Lokali Saħħa

Każ wieħed ġdid, ebda każ ta’ persuni li fiequ

Każ wieħed ġdid ta’ Covid-19 kien rappurtat fl-aħħar 24 siegħa. Fl-istess ħin, ma kienx hemm każi ta’ persuni li fiequ. Għaldaqstant, in-numru ta’ każi attivi tela’ għal 25.

Il-każ wieħed pożittiv instab fost 507 swab test, tnaqqis sostanzjali min-numru ta’ testijiet li kienu qed isiru fl-aħħar jiem, hekk kif qed jidher li l-konkorrenza mill-pubbliku qed tonqos.

B’kollox, hekk kif il-pajjiż daħal fl-14-il ġimgħa mill-miġja tal-Coronavirus f’Malta, in-numru ta’ każi tela’ għal 632. Disa’ persuni sfortunatament tilfu ħajjithom filwaqt li 596 persuna fiequ mill-virus.