Lokali Parlament

Konrad Mizzi għadu barra l-pajjiż, iżda qed jirċievi l-paga parlamentari sħiħa

L-istess Membru Parlamentari ilu ma jattendi għall-parlament minn Marzu

L-eks Ministru Konrad Mizzi għadu qed jitħallas bħala membru parlamentari minkejja li ilu assenti mill-parlament sa minn Marzu. Huwa qed jiġġustifika n-nuqqas tiegħu minħabba “raġunijiet mediċi”.

Bħalissa, ħadd ma jaf fejn jinsab eżatt Konrad Mizzi.

L-ispeaker qal illi l-uffiċċju tiegħu joqgħod fuq l-evidenza medika li tkun ippreżentata u żied li f’każ ta’ assenza twila jintalab aġġornament taċ-ċertifkat mediku.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li issa Konrad Mizzi m’għandu l-ebda skuża biex jibqa’ barra minn xtutna, ladarba jerġgħu jibdew it-titjiriet mir-Renju Unit.