Minkejja li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet it-talba u ordnat li jiġi sospiż il-proċess ta’ tkeċċija ta’ bdoti min-naħa tal-Air Malta, jidher li l-management tal-linja nazzjonali tal-ajru baqgħet għaddejja qisu ma hemmx digriet mill-Qorti
Fi stqarrija, il-Forum Unions Maltin qalet dalgħodu, il-maġġoranza tal-piloti tneħħielhom l-aċċess għall-kont online tal-kumpanija. Barraminhekk, ir-rosters li nħarġu dalgħodu kienu emendati bix-xogħol assenjat lil numru ta’ bdoti li ġew magħżula b’mod arbitrarju mill-Air Malta.
L-istqarrija tkompli li ċ-Chairman tal-Air Malta, in-Nutar Charles Mangion, assgura lill-kumitat eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Piloti (ALPA) li m’hemmx pjan għal tkeċċijiet sakemm ikun hemm diskussjoni serja dwar ċertu klawżoli tal-ftehim kollettiv. Il-Forum iddeplorat il-u-turn li saret waqt negozjati daqstant delikati.
L-istqarrija ittemm li l-Forum se ssegwi l-aħħar żviluppi u lesta tieħu kwalunkwe azzjoni li tagħtiha l-liġi sabiex tħares l-interessi tal-ħaddiema.
//= $special ?>