Lokali Parlament

L-Awtorità tal-Ippjanar kissret il-karatteristiċi tal-irħula u l-ibliet

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal fil-parlament li l-Awtorità tal-Ippjanar se tibqa’ mfakkra bħala l-iktar Awtorità li għamlet sfreġju u kissret il-karatteristiċi tal-ibliet u l-irħula Maltin. Hu qal li għadu biss irċieva parti midd-eċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar, fejn ittieħdu deċiżjonijiet oxxeni.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar kellhom il-karatteristiċi mkissra u twettaq żbilanċ fid-diżjonijiet meħuda. Iċ-Chairman tal-ERA ivvota kontra diversi proġetti għax għad għandu kuxjenza iżda oħrajn għadhom interess tal-ftit.

Il-gvern qed jipprova jgħid li qed iwelled skemi ġodda; l-ingann ma jieqafx. Il-gvern qed ibiddel l-isem ta’ diversi skemi fosthom il-planning gain; meta dan kien kunċett li kien diġà fis-seħħ. Illum dan sar planning fund.

Hu semma’ l-kunsilli lokali u qal li qabel l-2013 il-gvern kien jivvota ammont ta’ flus fejn il-MEUSC kienet tagħmel tajjeb għal tip ta’ fondi għall-kunsilli lokali. Il-gvern f’diversi drabi jieħu hu flus minn idejn il-kunsilli lokali. Fl-aħħar snin il-gvern ħa l-kontroll assolut tal-fondi bla involviment tal-ngos.

Fil-każ ta’ ‘Sebbaħ il-Lokal’ kien hemm diġa skemi oħra simili li kienu sussidjati mill-gvern biex jinċentivaw lill-kunsilli lokali. Qed jinbidlu l-polices b’mod apposta biex ikunu aġevolati ċertu individwi. Iż-żoni residenzjali għandhom jibqgħu residenzjali; l-istess bħaż-żoni turistiċi. Il-gvern għandu jsib il-bilanċ biex kull deċiżjoni tittieħed fl-interess komuni, sostna Robert Cutajar.