Futbol Sport

L-FA Ingliża f’diskussjoni biex tmexxi s-suq tat-trasferimenti għal Awwissu

(Ritratt: EPA)

L-FA Ingliża qed tiddiskuti proposti biex tmexxi s-suq tat-trasferimenti minn Awwissu sa Ottubru. It-tkomplija tal-Premier League hi skedata għal meta fil-verità kellu jiftaħ is-suq tat-trasferimenti.

Il-FIFA mistennija tipprovdi linji gwida dwar meta għandu jibda u jispiċċa s-suq tat-trasferimenti, bl-assoċjazzjonijiet jiddeċiedu huma d-dati speċifiċi. L-FA Ingliża qed tikkonsulta wkoll ma’ assoċjazzjonijiet oħra fl-Ewropa biex ikun hemm qbil dwar id-data tat-2 ta’ Ottubru.

Il-Federazzjoni Franċiża fetħet is-suq tat-trasferimenti domestiku minħabba li l-kampjonati ġew itterminati kmieni minħabba l-coronavirus, iżda jidher li jistgħu jadottaw is-suq bejn Awwissu u Ottubru għat-trasferimenti internazzjonali.