Lokali Qorti

Tkompli l-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ kontra Yorgen Fenech

"Jien ngħid li Keith Schembri mdaħħal żgur!"

15:00 Il-każ se jkompli l-Ħamis

14:25 Mistoqsi dwar kif Fenech wiegħed li dak li kien qed jibża’ minnu Theuma ma kienx se jiġri, Theuma qal: “b’ħalqu”

14:23 Arnaud jistaqsi għalfejn ma talabx lil Edwin Brincat biex jirranġalu, imma lil Yorgen … “Għax Yorgen u Keith Schembri kelli f’moħħi li jistgħu jeliminawni.. huma biċċa sew ħafna ħafna ħafna”

14:20 “Pjaċir għamilt Yor… tħallihomx joqtluni” Il-Maġistrat tistaqsi għal min qed jirreferi. Theuma jwieġeb li hu kien jitfa’ lil Keith Schembri u lil Fenech fl-istess keffa. “Kienu biċċa waħda…” “Dejjem fuqu konna nitkellmu…. però jien qatt ma kellimtu (lil Keith Schembri)”

14:17 Fis 17 t’Ottubru Theuma kiteb: “Ma nixtieqx ninketwak… imbikkem qeigħed… ma kontx żbaljat… il-Gvern qed jgħid li jrid jagħmel inkjestaoħra” Jgħid li kien iffissa li qabel tispiċċa l-inkjestà kien se jiġi eliminat. Fenech iwieġeb li sakemm ikun hemm hu, ħadd ma kien se jagħmillu ħsara. “Għamilt żmien jien… lil Keith Schembri kont nitfgħu fl-istess keffa ma’ Yorgen.”

14:11 Theuma jgħid li Fenech prova jtih ħafna affarijiet u kollox bgħatlu lura. L-affarijiet kien itihomlu biex jipprova jbigħhom imma kien jibgħathom lura. Jgħid li tah arloġġ għat-tifel u arloġġ tal-Lira, li issa qegħdin għand il-Pulizija.

14:10 Theuma jgħid li rabat lill-Koħħu ma’ Keith Schembri wara l-episodju ta’ Kenneth Camilleri.

14:10 “Iffissajt”

14:09 Il-Maġistrat tistaqsi lil Theuma kif qed jgħid li Schembri prova jeħles minnu flimkien ma’ Fenech. Theuma jgħid li kien iħoss li Keith Schembri u Yorgen Fenech kienu se jeħilsu minnu.

14:08 Arnaud jistqasi lil Theuma għalfejn allura jgħid lil Fenech: “li kieku ma kontx int, jien ġewwa qiegħed”. Jgħid li wara tal-Koħħur, hu u Fenech reġgħu ġew biċċa waħda.

14:06 Theuma jixhed dwar messaġġ fejn kiteb dwar KK (Keith Schembri) fejn qal “…jien kontra l-KK m’għandix, allavolja prova jeħles minni”. Jgħid li kien iħoss li Yorgen u Keith Scehmbri kienu qed jippruvaw jeħilsu minnu, bil-Koħħu jgħinu.

14:04 Melvin Theuma jinsisiti li Fenech kien jgħidlu li jekk jibqgħu sodi huma t-tnejn ħadd ma seta’ jagħmlilhom xejn.

14:02 “Jien kont mejjet aħjar minn ħaj… imma mbagħad kont niltaqa’ miegħu u kien jikkalmani… konna magħqduin…kien jikkalmani”. Theuma jitkellem dwar kemm kien għaddej minn żmien ħazin.

14:00 “Jien l-aħħar stage kont”. Theuma qed jispjega dwar il-ħsibijet tiegħu dwar dak li kienu qed jagħmlu Mario u George.

13:57 Fiċ-chats hemm referenza għal talba ta’ Theuma lil Yorgen biex imur jara lil Degiorgio l-ħabs. U jgħid li Yorgen qallu li kien se jipprova jgħaddi mobile lill-aħwa Degiorgio il-ħabs. Theuma jgħid li mingħalih dal-mobile m’għaddiex.

13:52 “Ċempilli s-sur Yorgen Fenech.. qalli tmur għassa wara l-bieb ta’ Keith Schembri għax dak ma jafda lil ħadd?… Għidtlu jien sejjer Għawdex bil-familja”. Għall-mistoqsija x’għamel imbagħad, Theuma wieġeb li mar Għawdex bil-familja, b’Azzopardi jistqarr li Keith Schembri ma afdax lill-Pulizija imma afda lil xi ħadd li jqabbad Yorgen Fenech.

13:50 Azzopardi jgħid li minn dak l-indirizz intbagħtet email lill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Joseph Muscat dwar xi xogħol fil-komun ta’ blokka ta’ appartamenti, bil-Prim Ministru jweġibha wara siegħa u jgħidilha li kienu se jkellmuha. Theuma jgħid li ma jafx biha.

13:48 Jason Azzopardi, isaqsi jekk Theuma għandux indirizz partikolari tal-email, Theuma jikkonferma.

13:46 Azzopardi jistaqsi jekk Theuma jiftakarx li Yorgen Fenech qattx qallu li KK kien irrabbjat. Jgħid li le, imma li meta qal lil Keith, kesaħ.

13:45 Theuma jgħid li ġieli rrefera għal Keith Schembri bħala KK.

13:44 L-avukat Azzopardi staqsa lil Theuma jekk qattx mar Kastilja jistenna lil Keith Schembri. Ix-xhud isemmi d-darbtejn li mar ħdejn Kastilja jistennieh biex jgħidlu jkellem lil Fenech biex jixgħel il-mobile.

13:41 Jerġa jistaqsi Jason Azzopardi dwar il-ġurnata tal-arrest, min kien li wassalu l-messaġġ li kien se jkun arrestat. Theuma jgħid li Cremona qallu xahar qabel li “kellu t-trouble”, imma dwar id-data eżatta, jew is-16 ta’ Novemru, 99.9% kien Yorgen Fenech li kien qalhielu.

13:40 Arnaud jistaqsi lil Theuma jekk qatt waslulux il-lista tal-postijiet jew il-mistoqsijiet li kellu jkun mistoqsi. Theuma jgħid “qatt”.

13:39 Il-Maġistrat tistaqsi lil Theuma jekk Fenech weġibx lil Theuma meta staqsih jistax ikellem lill Kummissarju. Jgħid li ma weġbux.

13:38 Jistaqsi lil Theuma għax ma staqsiex lill-Kummissarju direttament dwar l-arrest tan-nisa. Theuma jgħid li hu qatt ma kellem lill-Kummissarju.

13:37 Itemm il-imistoqsijiet tiegħu l-avukat Azzopardi u jerġa jistaqsi l-ispettur Keith Arnaud.

13:36 “Jekk nevitaw din, happy jien, għax jien naf x’għandi nagħmel”. Dan il-messaġġ bgħatu Theuma lil Fenech.

13:34 Jerġgħu jissemmew il-pilloli li kien qed jieħu Theuma u li kien tahomlu Fenech. Fenech jgħid li kien ilu jumejn ma jorqod u li telgħelu d-deni bl-inkwiet.

13:33 Dawn kienu konverżazzjonijiet li saru lejliet li ġie arrestat Melvin Theuma. u tulhom, Fenech baqa’ jassigurah li kien qed jagħmel minn kollox biex “lin-nisa” jeħlisilehom, b’referenza għas-sieħba ta’ Theuma u bintha.

13:32 Dwar test ieħor li jitlob biex itawwal l-arrest bi ħmistax oħra biex ilestu l-karta, Theuma jitkellem dwar miljun jew miljun u nofs li taparsi qed jissellef flus mingħand terzi.

13:31 L-arrest kellu jsir minn Ray Aquilina, Spettur fuq l-Economic Crimes.

13:31 Melvin Theuma jispjega li l-ftehim ma’ Yorgen Fenech kien li meta jarrestawh jistaqsuh erba’ domandi “u barra bid-daqq”

13:30 F’test ieħor Theuma jikteb “ma nafx kemm se nwassal”.

13:28 Theuma jgħid li dejjem kien lil Johann (Cremona) li”jekk jiġi Pulizija wara l-bieb tiegħi nikxef iċ-ċipep (USBs)”

13:27 Azzopardi jgħid li fit-transcipt hemm ukoll lista ta’ telefonati li saru li Theuma kkonferma li kienu konverżazzjonijiet dwar l-arrest.

13:24 L-avukat jibqa’ jaqra’ mit-test taċ-chat. Jistaqsi lil Theuma jispjega test li jgħid. “int kun ċert mija fil-mija li jkollok kollox nadif…mhux fuq din biss”. Theuma jgħid li kien qed jirreferi għall-pendrives li Fenech kien jaf li Theuma kellu.

13:23 Jason Azzopardi jsaqsi lix-xhud biex kien għejja Fenech. Theuma jgħid “bid-delitt”

13:23 Melvin Theuma kommoss. Il-Maġistrat toffrilu jpoġġi, imma jibqa’ wieqaf.

13:22 Azzopardi jikkwota test ta’ Fenech “… jien għajjejt ukoll sieħbi..”

13:20 Azzopardi jistaqsi lil Melvin Theuma dwar messaġġ ieħor fejn jgħid lil Yorgen Fenech li jeħel 18-il sena ħabs fuq moneylaundering. Jistaqsi kif kien jaf kemm jeħel. Theuma jwieġeb li kien iċċekkja.

13:20 Azzopardi jinnota li l-messaġġi ta’ Theuma dejjem jikteb lil Yorgen fil-plural “ma tistgħux tirranġawli…”

13:19 “Ħadd ma jurini lili”… Theuma jgħid li kiteb dan il-messaġġ għax ħadd ma qallu fejn se jsir l-arrest.

13:18 Azzopardi jistaqsi dwar aktar messaġġi mingħand Yorgen Fenech. Theuma jispjega li Fenech kien qed itih indikazzjoni li “se naslu”.

13:16 Azzopardi jistaqsi dwar żewġ messaġġi oħra. Theuma jwieġeb li kien qed jitekllem dwar il-fatt li s-Sibt kien se jsir l-arrest. Jgħid li ħadd ma qallu fejn se jsir l-arrest u dwar fiex jidħlu l-mara u t-tifla fil-każ.

13:15 Azzopardi jistaqsi lil Theuma x’ried jgħid Fenech bil-messaġġ “Ara ma taħsibx li mhux nagħti każ ta..u serraħ rasek li naslu.” Theuma jgħid li kien dwar l-arrest u dwar il-post fejn se jsir.

13:14 Azzopardi jitlob lil Theuma jikkonferma ta’ min hu n-numru li jidher fit-transcripts. Theuma jgħid li kien ta’ Fenech.

13:14 Għal mistoqsija ta’ Azzopardi, Theuma jikkonferma li fil-kaxxa tal-ġelati kien hemm mobile phone.

13:13 Jason Azzopardi jistaqsi lix-xhud dwar messaġġi li għaddew bejn Theuma u Yorgen Fenech.

13:12 Jerġa jissejjaħ Melvin Theuma biex ikompli jagħti x-xhieda tiegħu.

13:07 Esperta tal-Qorti teżibixxi tabs ta’ dokumenti li qed jinutżaw bħala parti mill-evidenza.

13:06 Is-seduta tkompli.

12:53 Infakkrukom li l-Qorti bħalissa tinsab sospiża sakemm il-Prosekuzzjoni tfittex biċċa evidenza li tixtieq tkompli tistaqsi lix-xhud dwarha.

12:08 Is-smigħ ġie sospiż għal ftit minuti. Inkomplu naġġornawkom kif tkompli l-kumpilazzjoni.

12:06 Azzopardi jistaqsi lil Theuma jekk kienx talab lil Fenech jirranġalu forsi jtawwal id-data tal-arrest. Theuma jwieġeb iva. Jikkonferma wkoll lil Fenech kien qallu li kien se jkellem lil “ta’ Ħal Luqa”, b’referenza għall-eks Kummisarju tal-Pulizija.

12:05 Jgħid li kien qed jibża’ li se jikxfu lilu.

12:05 Azzopardi jistaqsi għal min qed jirreferi fil-parti “jekk ma jagħtihomx il-mahra”. Theuma jgħid li għad-Degiorgios u l-Koħħu, u għal Joseph Muscat u l-Parlament.

12:04 Theuma jgħid li Yorgen Fenech qallu li Muscat kien qed jitkellem biex jieħu l-proklama.

12:03 Theuma jgħid li Yorgen Fenech semmiehielu dwar Vince Muscat.

12:02 “Min ħareġ biha l-ewwel darba s-suġġett tal-maħfra?”

12:01 Jistaqsi issa Jason Azzopardi.

12:00 L-avukat Matthew Brincat jistaqsi lil Theuma jekk apparti Kastlja fittxux x’imkien ieħor lil Keith Schembri. Theuma jwieġeb fin-negattiv.

11:59 Theuma jgħid li mar aktar minn darba hdejn Kastilja. Darba ma setax jipparkja u telaq, u t-tieni darba għamel 20 minuta jistenna u telaq.

11:57 Melvin Theuma jgħid li kien se jmur għand is-Sur Ray, jirreferi għal Ray Fenech, iz-ziju ta’ Yorgen Fenech, imma reġa’ bdielu.

11:56 Jgħid li mar Kastilja filgħodu l-ewwel xogħol imma ma rahx lil Keith Schembri.

11:54 Jgħid li Keith Schembri la qatt għaddielu flus.. la qatt ċempillu… “Li nista ngħid darba Yorgen Fenech kellu l-mobile mitfi meta kien imsiefer. Jien għidt dawn bilfors ghandħhom xi linja bejniehtom. Pereress li ma stajtx naqbad lil Fenech mort ħdejn Kastilja u qgħadt nistenna lil Keith Schembri”

11:53 Theuma jinsisit li bil-ġurmament lil Keith Schembri ma jistax isemmih. Jgħid li fir-recordings bejnu u bejn Yorgen Fenech jissemma’ Keith Schembri.

11:52 Il-Qorti tistaqsi lil Melvin Theuma jirrepeti dak li qal fuq persuna oħra involut. Theuma jirreferi għal Cremona. Il-Qorti tgħidlu jirrepeti dak li qal dwar Keith Schembri. “Bil-jigsaw puzzle ta’ moħħi jien daħħalt lil Keith Schembri. Imma bil-ġurmanet ma nistax ngħid li kellimni”.

11:51 Theuma jgħid li kien hemm recordings bejnu u bejn Fenech.. u oħrajn bejnu u bejn Cremona.

11:50 Arnaud jibqa’ jsaqsi għalfejn hemm recordings doppji, b’Theuma jwieġeb “jien fil-laptops ma nifhimx”

11:49 Yorgen Fenech joġġezzjona għal kummenti ta’ avukati fil-Kamra. Il-Maġistrat twiddeb lill-avukati.

11:48 “Hemm recordings doppji.. għax ma nifhimx”

11:48 Theuma jgħid li ma jafx x’sar mir-recordings fuq il-laptop iżda jgħid li x’aktarx baqgħu hemm.

11:46 Arnaud jistaqsi lil Theuma minn fejn ġietu idea biex jirrekordja l-konverżazzjonijiet, u jwieġeb li tatu l-idea t-tifla tas-sieħba tiegħu. Hi mbagħad kienet urietu darba kif jittrasferixxi r-recordings mill-mobile għall-laptop.

11:44 Melvin Theuma, għal mistoqsija tal-Ispettur Arnaud, jgħid li kien għadda tlett USBs b’recordings lil Yorgen Fenech, imma ma jiftakarx liema mir-recodings kien tah. Jiftakar biss li kienu recordings ta’ konverżazzjonijiet bejnu u bejn Yorgen Fenech.

11:40 Jiddaħħal lura x-xhud u jgħid li qabel l-arrest tiegħu, hu qatt ma kien iltaqa’ mal-Kummissarju fil-verità.

11:38 Arnaud jispjega kif meta marru għal Melvin Theuma, hu stess indikalhom ir-recordings u staqsihom jekk kienux sabu dawk bis.. Hu indikalhom li kien hemm aktar recordings. Il-Qorti tinsisti li x-xhud għandu jiġi mistoqsi fuq ħafna aktar u mhux biss fuq ir-recordings.

11:37 Il-Qorti tordna li jinħareġ ix-xhud biex tisaqsi lill-Ispettur Arnaud dwar ir-recordings.

11:35 Melvin Theuma jinsisti li l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat kien imdaħħal żgur. Il-Maġistrat tistaqsih fiex. Theuma jwieġeb: “fil-murder ta’ Daphne Caruana Galizia”. Ikompli jgħid però li lilu dejjem Yorgen kellmu.

11:34 “Jien ngħid li Keith Schembri imdaħħal żgur”

11:33 Jiċċara li hu kien jibbluffja bil-Kummissarju ma Fenech u ma’ Brincat.

11:32 Melvin Theuma kien jgħid li l-Kummissarju jaf bit-tapes.

11:31 Theuma jgħid li Edwin Brincat il-Ġojja daħħalha f’moħħu li l-Kummissarju kien qabbad il-Pulizija biex jarresta lil Theuma u lill-istess Brincat.

11:30 Theuma jispjega li Edwin Brincat qallu li hu kien mar għand il-Kmmissarju u l-istess Kummissarju kien staqsih dwar Theuma.

11:29 Melvin Theuma jgħid li talab lil Fenech ikellem “lil ta’ Ħal Luqa” b’referenza għall-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

11:27 Dwar l-informazzjoni li kien ikollu Fenech Theuma jgħid hekk, “l-Informazzjoni mhux dejjem m’għand tnjen minn nies ġabha?” Il-Qorti tistaqi jekk hux Keith Schembri u Silvio Valletta. Theuma jgħid iva.

11:24 Theuma jgħid li dakinhar ġew arrestati l-partner tiegħu, ommha, bintu u l-għarus tagħha, u żewġt itfal kien ttieħdu mill-Appoġġ.

11:23 L-argument ma’ Fenech sar fuq it-telefon u kien seħħ għax baqa’ qatt ma rċieva d-dettalji ta’ fejn se jmorru għalih.

11:22 Melvin Theuma jgħid li 99.9% Yorgen Fenech qallu li sejrin il-Pulizija biex jiġbruh (lil Theuma) fis-16. Pero jista’ jkun li anke Cremona qalielu.

11:20 “Qabel m’arrestawni kelli argument ma’ Yorgen għax kellhom jibgħatuli karta..” Theuma jgħid li qatt ma rċieva dil-karta. Jgħid : “darba Johann Cremona semmielu r-resmissa taż-żwiemel”. Jispjega li għandu żewġ remissi. Waħda kienet vojta u fl-oħra kellu l-immigranti

11:19 “Yorgen Fenech qalli li Raymond Aquilina huwa bniedem mill-aħjar. Johann qalli li Raymond Aquilina ħa jkellimni dwar il-moneylaundering… qalli li bniedem mill-aħjar.”

11:18 “Jien bdejt nibża… din kienet ilha ġejja tal-arrest. Wieħed jgħidli ħa nġiblek statement miktub… dawn l-affarijiet kollha Johann qalhomli. Kellhom jgħiduli anke l-postijiet fejn ġejjin ili-Pulizija.”

11:16 Arnaud jistaqsi x’differenza kienet tagħmillu s-sanction letter, bix-xhud iweġeb li hu l-inkwiet tiegħu kien dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. “Meta kienu se jarrestawni, Fenech qalli li kien se jiġi jiekol il-pastizzi ħdejn id-depot u jistennieni noħroġ għax m’għandhom xejn fuqi, imma fil-fatt li għamel Yorgen kien se jmur dawra bil-boat”

11:14 L-ispettur Arnaud jistaqsih min arrestah, b’Theuma jwieġeb Nicholas Vella. Arnaud jistaqsi lil Theuma jekk jafx x’jinvestiga Vella, bix-xhud iwieġeb “moneylaundering”. “Għalquli kont l-HSBC, Ġibduli s-sanction letter ta’ appartament f’San Ġiljan… Fenech ried isellifni l-flus għal dal-flat”

11:13 “Mit-3:00pm ta’ dakinhar ħajti spiċċat. Dħalt ġo oġġett u ħajti spiċċat”

11:12 Theuma jgħid li ried ilaqqa lil Degiorgio u lil Fenech biex joħroġ mill-istorja. “Ma flaħthiex”

11:11 Theuma jgħid “mela tal-flus mhux piż kbira.. il-flus li kien qed jagħti Fenech lil Mario Degiorgio… piż kbir fuqi” Jgħid li lil Fenech kien jgħidlu li ma jafx jekk kienx qed iwassalhom fejn suppost.

11:09 “Ġieli soqt sir… kontu inti, is-Sur Abdilla u Nichola Vella. Jien ridt inparla mill-ewwel” Theuma jindirizza lil Keith Arnaud. Jgħid li kellu depression qawwi u li Yorgen Fenech stess kien tah l-Ativan.

11:08 “Inkun wasalt sa tal-Pietà u nerġa’ lura” Theuma jgħid li kemmil darba kien fi triqtu biex imur jitkellem id-depot minn jeddu, u jerġa jdur lura.

11:07 il-Magistrat tistaqt għaliex Fenech kien jgħidlu hekk. Iwieġeb li “Yorgen bniedem kbir u kellu lil Keith Schembri jgħinu”

11:07 Melvin Theuma jgħid li Yorgen Fenech kien jgħidlu “ma jistgħu jagħmlulna xejn”

11:05 “Għandi lill-ispettur Nicholas Vella xhud li meta arrestawni jien għidltu li ridt inkellem lill-Ispettur Arnaud dwar il-mandant. Ma kont naf xejn fuq il-proklama”

11:03 Theuma jgħid li lil Johann u lil Edwin Brincat kien jgħidilhom kollox. Kien jiftaħ qalbu magħhom.

11:02 “Jien qed nagħmilha ma bniedem kbir li jaf li kulħadd. Ma nafx l-informazzjoni hux vera jew le”. Arnaud jistaqsi lil Melvin Theuma għal min qed jirreferi. Theuma jwieġeb “għal Yorgen Fenech”.

11:00 “Jien minn meta qaluli li Vince il-koħħu jrid jikxef m’emmintix. Ridt niltaqa’ ma’ Matthew Caruana Galizia. Ridt niltaqa’ mal-kbir tal-Knisja. Jien kont iffissat. Malli kont nisma’ xi ħaġa … smajt li riedu jkellmu lil Anna Gomez. Smajt li hemm imdaħħal negozjant kbir u bniedem ieħor. Għalina kienju qed jgħidu. Edwin Brincat u Johann kienu jaqtgħuli fil-qasir….”

10:56 Fir-recordings jinstemgħu il-kliem “Għalfejn imma?”… “Mhux għax itihom il-maħfra?” Theuma jgħid li “mhux oġġett żgħir li ġara… naħseb l-akbar każ tad-dinja”. Ix-xhud jgħid li kellu biża’ kbira fuqu.

10:54 Theuma jgħid li fir-recordings juża kelma vulgari li “ħa nibilgħuh” imma jispjega li fil-verità hu kien se jibilgħu “għax id-Degiorgios lili jafu mhux lil Yorgen Fenech”.

10:52 Jgħid li dakinhar ta żewġt ifliexken whisky lil Fenech bħala ringrazzjament imma ma kienx ċert għalxiex. Semma’ li setgħu kienu għall “ħamest elef tal-holiday”.

10:51 Għall-mistoqsijiet ta’ Arnaud jgħid li r-recordings li qed jinstemgħu issa saru wara l-qtil u saru jew Ħaż-Żebbuġ jew Level 21.

10:47 Aktar recordings. Theuma jidentifika lill-persuna li qed titkellem miegħu bħala Yorgen Fenech.

10:44 Arnaud jistaqsi lil Theuma jekk jafx xi ħaġa oħra fuq terzi persuni. Theuma jgħid li ma jaf xejn jekk mhux minn Fenech, Degiorgio jew mill-media.

10:42 Mistoqsi dwar il-parti fejn jistema’ l-kliem “kieku jaqa’ l-Gvern”, Theuma jippreċiża li dawn il-kliem Yorgen Fenech qalhom.

10:40 Azzopardi jistaqsi dwar il-każ tal-HSBC u x’jaf dwaru. Theuma jgħid li jaf biss li “hemm il-kbarat”.

10:39 Azzopardi, jistaqsi lil Theuma dwar il-bomba lil tas-sapun (tas-Soap and Sponge). L-avukat ta’ Fenech, Gianluca Caruana Curran joġġezzjona għal mistoqsijiet dwar persuni li mhux imsemmija fir-recordings.

10:38 Dwar parti oħra tar-recordings fejn jinstema’ l-kliem “faqalu moħħu” Theuma jgħid li dik il-parti kienet fuq iż-żwiemel.

10:37 Theuma jispjega li Fenech ikkonfermalu li l-mobile kien bejn Chris Cardona u l-Fulu. Azzopardi jinsisti kif moħħu mar fuq Chris Cardona u mhux fuq Cardona ieħor. Theuma jgħid li Chris Cardona kien qed jissemma’ f’ħafna stejjer.

10:35 Azzopardi jistaqsi għalxiex kien qed jirreferi Fenech meta qal “mal-Fulu mhux maċ-Ċiniż”. Dan dwar il-mobile ta’ Cardona.

10:34 Jibda jistaqsi lix-xhud, l-avukat Jason Azzopardi. Jistaqsi lil Theuma jispjega x’ried ifisser meta qal lil Fenech “int kieku x’tirranġa”. Theuma jgħid li ried ifisser li jekk jinqabdu x’kien se jirranġa Fenech, b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

10:32 Arnaud jistaqsi lil Theuma għalxiex kien qal li kien jieħu pjaċir meta l-istorja ddur fuq ħaddieħor. “Tistrieħ tikka” jwieġeb lill-ispettur meta mistoqsi kif kien iħossu. “Il-biża’ tiegħi li tingħalaq fuqi… kont nieħu pjaċir meta kien jisemma’ xi ħaddieħor… hemm kont nistrieħ…”

10:31 Theuma jibqa’ jgħid li qed jisma’ “qbadt oħra”.

10:29 Dubju dwar kliem fir-recordings… “issa qbadt oħra” Theuma jgħid li hekk qed jisma’. Arnaud jinsisti li x-xhud jerġa’ jismagħha għat-tielet darba.

10:27 Il-Maġistrat tistaqsi jekk Arnaud indunax bid-differenza fit-transcripts bejn is-seduta tal-aħħar darba u llum. B’refernza għad-diskussjoni dwar kliem partikolari li jinstemgħu, Caruana Curran jgħid li d-diskussjoni ma tistax issir quddiem ix-xhud.

10:25 Theuma jgħid li ma fehem xejn. Arnaud jgħid li tinstema’ gazzetta partikolari u artiklu. Caruana Curran jgħid li l-ispettur ma jistax jissuġġerixxi.

10:24 Il-Qorti terġa titlob lil Theuma jilbes il-headphones biex jisma’ parti mir-recording.

10:19 Isem Cardona jinstema’ sew fir-recordings.

10:17 Ix-xhud jgħid li fir-recordings jinstema’ Fenech jgħid “Qed jaħsbu ta’ Cardona”, imma ma jistax jifhem il-kliem ta’ qabel. Jgħid li aċċertah li sabuh u li qed jaħsbu li mal-Fulu.

10:16 Theuma jgħid li kieku sabu l-mobile ta’ Cardona u kien imdaħħal fid-delitt kien kieħu pjaċir għax kien jinqala’ hu. “Nieħu pjaċir li sabu ta’ ħaddieħor”, jgħid Theuma.

10:15 Iwiegeb “xieraq tiegħi”, imma Arnaud jistaqasi x’jgħid wara. Theuma jgħid li ma jafx. Jgħid li Fenech jistaq’ jkun qed jgħidlu “le… ta’ Cardona”

10:14 Arnaud jistqasi lix-xhud x’kienet il-kelma qabel “ta’ Cardona”

10:13 Fir-recordings tinstema’ magna tal-kafe qed taħdem u kliem mhux ċar fl-isfond.

10:11 Theuma issa jgħid li qal “Kieku jaqa’ l-Gvern. Ma tafx x’qed tgħid. Affarijiet serji ta.”

10:10 Melvin Theuma jniżżel xi noti fuq it-transcript hu u jisma’ r-recordings.

10:09 Theuma għandu f’idu t-trasncript tal-Qorti biex isegwi wkoll dak li preżumebilment qed jingħad fir-recordings.

10:07 Jerġa’ jisma r-recording imma Theuma jgħid li mhux jifhem u jitlob lill-Qorti jekk jistax ineħħi l-headphones, jilbes visor u jinżel mill-pedana biex jara jistax jisma’ aħjar. Il-Maġistrat Rachel Montebello taċċetta t-talba.

10:06 Fir-recordings jinstemgħu il-kliem “kieku jaqa’ l-Gvern”, imma l-kumplament tal-kliem mhumiex ċari. Theuma jgħid li mhux jifhimhom.

10:04 Il-Maġistrat tistaqsi jekk Fenech qallux “mhux Keith qallek”. Theuma jgħid li ma jistax jismagħha imma jinsisti li għal Keith Schembri kien qed jgħid.

10:03 Il-Maġistrat issaqsi lil Theuma għal min qed jirreferi Yorgen Fenech meta jgħid “sieħbi”. Theuma jwieġeb “għal Keith Schembri”.

10:02 Il-Maġistrat twaqqaf ir-recordings u titlob li jkun mgħolli l-volum. Ix-xhud ukoll jgħid li mhu qed jisma’ xejn.

10:01 Ikomplu jinstemgħu ir-recordings.

10:00 Theuma jgħid li Yorgen Fenech kien qed iġib l-informazzjoni mingħand Keith Schembri u s-sur Valletta, b’reference għal Silvio Valletta.

09:58 Theuma jgħid li kienu qalulu li nstabu mobiles marbuta ma’ xi 7 murders u li l-uniku wieħed li ma kienx se jikxef Vince Muscat kien tal-HSBC għax “kien hemm il-kbarat imdaħħla”.

09:58 Arnaud qed jistqasi lil Theuma x’jaf dwar is-sejba tal-mobile.

09:57 Arnaud jistaqsi jekk din ir-recording kienits l-ewwel darba li sema’ dwar is-sejba ta’ Cardona.

09:56 Arnaud jistaqsi minn fejn semagħha din l-aħbar tal-mobile ta’ Chris Cardona, u Theuma jwieġeb li mingħand Yorgen Fenech. Rachel Montebello tistaqsi jekk kienx jaf għal xiex kien qed jirreferi Fenech meta qallu “ta’ Cardona”.

09:54 Theuma jgħid li fir-recordings jinstema’ Persuna A jgħid il-kliem “ta’ Cardona sabuh”. Dan b’referenza għall mobile ta’ Chris Cardona.

09:53 “Għax dakinhar inti bilħaq…” Melvin Theuma jgħid li dak il-ħin kien qed jagħti xi flus jew jirċievi xi flus.

09:52 Arnaud jwaqqaf ir-recordings u jistaqsi lill-Melvin Theuma jekk semax x’intqal wara l-kliem “il-ħaruf jien ġibtu”.

09:50 Jibdew jinstemgħu ir-recordings.

09:49 Yorgen Fenech jieħu postu qrib l-avukat tiegħu Gianluca Caruana Curran.

09:49 Jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda Melvin Theuma u jilbes il-headphones biex jibda jisma’ l-evidenza.

09:48 Il-Qorti tordna lix-xhud jibda jisma’ r-recordings u tgħid li llum jiġri x’jiġri irid jingħalaqil-kapitlu tar-recordings. Tinsisti li x-xhieda trid tkun kompluta b’kollox.

09:43 Il-Maġistrat Montebello titlob li x-xhud, Melvin Theuma, jibda jisma’ r-recordings tal-biċċiet fejn hemm id-diskrepanzi u mbagħad jgħid lill-Qorti xi jkun sema’.

09:42 Keith Arnaud qed jispjega li jekk ir-recordings jinstemgħu bil-paċenzja, tkun tista tifhem aħjar. Ta eżempju ta’ parti fejn fit-transcript hemm miktub “…toqob” li meta tismagħha sew tifhem li l-kliem kien “qbadt noqgħod”.

09:41 Jason Azzopardi qed jispjega dwar partijiet li mhumiex ċari iżda fejn jinstemgħu sew l-ismijiet ta’ Keith Schembri u Chris Cardona.

09:38 Il-Qorti qed titlob indikazzjoni ezatta tal-partijiet li mhumiex ċari.

09:36 Il-Maġistrat Rachel Montebello tgħid li għandhom jiġu nnutati dawk il-partijiet neqsin mit-test fit-transcripts jismagħhom ix-xhur u jgħid lill-Qorti x’qed jintqal. Jekk dawn ma jinftehmux jintbagħtu għand it-transcribers għat-tielet darba u jerġgħu jippruvaw jifhmuhom huma.

09:34 L-avukat Jason Azzopardi jitlob lill-Qorti jekk wara li jinstemgħu it-tapes, għas-serħan tal-moħħu t-trasparenza kull parti jkollha ċ-ċans tisma r-recordings, tinnota liema partijiet huma dubjużi u l-espert tal-Qorti jiddeċiedi hu dwar x’għandha tkun it-traskrizzjoni.

09:31 L-Ispettur Keith Arnaud jispjega li fir-recordings tal-lum hemm partijiet li mhumiex daqstant ċari għalkemm jinstemgħu bil-headphones.

09:30 Il-Maġistrat Rachel Montebello titlob li jkompli jixhed Melvin Theuma u jkomplu jinstemgħu ir-recordings bit-transcripts il-ġodda.

09:29 L-avukat Marion Camilleri li tagħmel parti mid-difiża ta’ Yorgen Fenech titlob li tirtira mill-kamra għal ftit ħin.It-talba ġiet milqugħa.

09:28 Tidħol fl-awla l-Maġistrat Rachel Montebello u tingħata bidu għas-seduta.

09:25 Stennija għall-bidu tas-seduta tal-lum, hekk kif din kienet skedata biex tibda fid-9:00am. Intant fl-awla hawn diversi qraba tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

09:14 Prezenti wkoll l-avukat Matthew Brincat li qed jidher għal Melvin Theuma, li mistenni jkompli bix-xhieda tiegħu illum.

09:12 Yorgen Fenech jiddaħħal fl-awla.

09:10 Ħadu posthom fl-awla l-Ispettur Keith Arnaud għall-prosekuzzjoni u Jason Azzopardi li qed jidher parte civile għall-familja Caruana Galizia, kif ukoll l-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca li qed jidhru għal Yorgen Fenech.

Dalgħodu fl-awla 22 tal-Qorti quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello se tkompli l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fl-aħħar seduta nstemgħu recordings li ħa Melvin Theuma, il-persuna meqjusa bħala l-middleman f’dan il-każ, u llum mistennija jinstemgħu aktar minn dawn ir-recordings li qed jiġu ppreżentati bħala parti mill-evidenza.

Netnews.com.mt se jkun qed iżommkom aġġornata bl-iżviluppi fis-smigħ hekk kif ikunu qed iseħħu.