Lokali

Messaġġ partiġġjan mill-HR Manager tal-Air Malta…waqt li l-ħaddiema jitkeċċew

Waqt li l-Air Malta aktar kmieni din il-Ġimgħa, keċċiet 69 pilota mill-Kumpanija, l-HR Manager tal-istess kumpanija permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali infexx ifaħħar lil Prim Ministru Robert Abela.

Dan id-diskors intqal fuq il-grupp sigriet tal-Partit Laburista fuq Facebook.

Iżda laburisti urtati li tkellmu ma’ Net News qalulna li huwa tal-mistħija kif Genovese jitkellem hekk meta l-Air Malta għaddejja minn terremot. Genovese għadu kif ingħata promotion tlett ijiem ilu.