Lokali Parlament

Ministri bla saħħa quddiem it-tkissir tal-ambjent u l-allegat involviment f’reati

David Thake, PN

Id-deputta Nazzjonalista David Thake qal li hemm ministri bla saħħa quddiem it-tkissir tal-ambjent u quddiem l-allegat involviment f’reati serji u ta’ kriminalità.

Fil-parlament David Thake qal li meta nqasmet il-MEPA, fl-Awtorità tal-Ippjanar u l-ERA, il-gvern kellu skop biex issir iktar faċi li jknu aġevolati n-nies. Ir-rekord tal-Gvern juru dawn l-iskopijiet tiegħu; fosthom dak li għamel il-Ministru Michael Cutajar dwar il-każ tal-Imrieħel u Yorgen Fenech.

Il-Ministru Farrugia għadu ma weġibx dwar dan u dwar l-ittra li fiha ordna lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tibdel il-policy dwar il-bini ogħli fl-Imrieħel.

Hu qal li Yorgen Fenech hu akkużat bħala wieħed mill-imħuħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia; issa jidher li anki l-ex Kummissarju tal-Pulizija kien involut tant li issa kien sospiż minn konsulent.

Sitt xhur wara l-qtil il-pulizija kienu jafu iżda ma sar xejn; dan minbarra l-involviment taċ-Chief of Staff Keith Schembri fejn Michael Farrugia kellu uffiċċju fil-gvern. Fil-konversazzjonijiet, dawn in-nies m’humiex nies li l-kriminali jitkellmu dwarhom bħala xi sur kontra l-kriminalità iżda li huma l-fixers.

Qed jissemma’ wkoll Chris Cardona, li allegatament għadda €350,000 bħala ħlas lil tliet persuni li poġġew il-bomba taħt il-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan hu d-deputat Mexxej tal-PL. M’hemmx wieħed fil-PL li qed jiddejjaq b’dan?

Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk instabx il-mobile ta’ Keith Schembri u qal li issa issemma li l-mobile ta’ Chris Cardona jwaqqa’ l-gvern jekk jiġi fl-idejn. Dan hu l-kuntest tal-ittra ta’ Michael Farrugia fil-kuntest ta’ Yorgen Fenech dwar l-Imrieħel.

Yorgen Fenech hu dak li xaħħam €5,000 lil Konrad Mizzi, sostna David Thake, li kompla li l-Ministru Farrugia hu komdu b’din l-ittra. Dan qed iqajjem suspetti kbar. Hu appella lill-Ministru Farrugia biex il-Ministru tal-Ambjent jiddefendi l-ambjent iżda m’għanux saħħa quddiem il-Ministur Ian Borg.