Ekonomija Lokali

Pakkett iffukat…iżda hemm biża’ li jitkeċċew aktar ħaddiema – MEA

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) iddeskriviet il-pakkett ta’ miżuri imħabbar illejla mill-Gvern bħala wieħed li se jgħin biex tiżdied l-attività ekonomika – iżda xorta jeżistu diversi punti ta’ kontestazzjoni.

L-MEA tfakkar li d-defiċit tal-Gvern din is-sena mistenni jlaħħaq il-livell ta’ 5.5%. Dan filwaqt li jeżisti tħassib dwar is-suq tax-xogħol.

L-Assoċjazzjoni spjegat li l-fatt li l-għajnuna suplimentari se tinżel għal €600, dan jaf jissarraf f’aktar tkeċċijiet ta’ ħaddiema. Apparti minn hekk, l-MEA tinsisti fuq il-bżonn li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl għandu jkun estiż għar-residenzi kollha – u dan it-tnaqqis ta’ 50% għandu jkun permanenti.