Lokali

”Proposti li ddaħħlu tlett xhur wara” – KNŻ

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jilqa’ l-miżuri mmirati biex isostnu l-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ f’dan iż-żmien tal-pandemija.

Il-KNŻ jinnota li għalkemm qed jiddaħħlu 3 xhur wara, il-proposti tiegħu dwar l-istudenti ġew milqugħa u se jiddaħħlu fis-seħħ.

Il-KNŻ issa jappella li l-ħlas dovuti lill-istudenti jingħataw mill-aktar fiss possibbli sabiex titneħħa d-diskriminazzjoni li kien hemm bejn l-istudenti li jaħdmu u l-kollegi tagħhom fuq ix-xogħol.

Dwar il-proposti biex tissaħħaħ is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ, il-KNŻ b’dispjaċir jinnota li s-servizzi mhux se jiżdiedu. Minkejja dan il-KNŻ iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jirriklamaw is-servizzi eżistenti biex aktar żgħażagħ jaħmlu użu minnhom.