Il-Pulizija ħabbret li ppreżentat l-akkużi fil-Qorti fil-konfront ta’ 32 persuna b’rabta mal-investigazzjonijiet fis-Sezzjoni tat-Traffiku.
Fil-każ kien ġie żvelat abbuż fis-sahra, bl-akkużi ppreżentati jinkludu frodi u kompliċità ta’ frodi, kif ukoll li għamlu dikjarazzjonijiet foloz u b’kompliċità ta’ dikjarazzjonijiet foloz.
Fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija spjega li fil-jiem li ġejjin, se jkunu qed jiġu ppreżentati l-akkużi fil-konfront ta’ aktar persuni, bil-kawżi mistennija jibdew jinstemgħu ladarba l-Qorti tassenja Maġistrat jew Maġistrati biex jinstemgħu l-kawżi.
//= $special ?>