Lokali

Sospiż l-eks Kummissarju Lawrence Cutajar

L-Eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar

Ftit tal-minuti ilu, il-Ministeru għall-Intern permezz ta’ stqarrija uffiċjali ssospenda b’effett immedjat il-konsulenza tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

L-istqarrija tgħid li din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl ta’ allegazzjonijiet li kien hemm fl-aħħar sigħat fil-konfront ta’ kif aġixxa meta kien Kummissarju tal-Pulizija. Cutajar, tkompli tgħid l-istqarrija, iddefenda l-pożizzjoni tiegħu.

Minkejja dan, il-Ministeru ħass li għandu jieħu din iddeċiżjoni sakemm ikun ċar x’kienu l-fatti.

Cutajar kien ingħata kariga ta’ konsulenza jiem biss wara li rriżenja minn Kummissarju tal-Korp.