Lokali

TAL-MISTĦIJA: L-Uffiċċju tal-Prim Ministru iħalli barra lil Net TV…isejħulna wara li ħarġet l-istorja

Isejjaħ f'Kastilja lill-ġurnalisti KOLLHA barra dawk ta' dan l-istazzjon

Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Net TV spiċċat diskriminata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara li aktar kmieni illum saru briefings mal-ġurnalisti biex jinfurmawhom dwar dak li se jħabbar illejla l-Gvern; briefings li għalihom ma konniex mistednin.

Dwar dan, Net News għamel ilment formali mal-Istitut tal-Ġrunalisti Maltin (IĠM).

F’dawn il-jiem, kien hemm aktar minn okkażjoni waħda fejn in-newsroom tagħna provat tagħmel kuntatt dirett mal-uffiċjali ta’ Kastilja. Iżda dawn lanqas biss irritornaw lura t-telefonati tagħna.

Intant, kien biss wara li ħarġet din l-istorja li l-ġurnalisti tagħna ssejħu għal laqgħa f’Kastilja.