Lokali

Adrian Delia kien irrifjuta akkomodazzjoni biex itaffi l-ispejjeż tal-infermiera

Fil-bidu li l-pandemija tal-COVID-19 waslet f’pajjiżna, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien ħa deċiżjoni li joħroġ minn daru biex il-ġenituri tiegħu ma jkunux f’riskju minħabba li huma vulnerabbli. Kif kien innotat li jinsab mingħajr saqaf fuq rasu, Delia kien offrut akkomodazzjoni iżda hu rrifjuta biex minflok tingħata lill-infermiera li l-istess bħalu telqu minn djarhom biex jipproteġu s-saħħa ta’ qrabathom.

L-akkomodazzjoni kienet se tingħata lilu, ġimgħat ilu, mingħand ħbieb tiegħu iżda Delia ddeċieda li jissagrifika l-kumdità biex itaffi l-ispejjeż li wħud mill-infermiera qed ikollhom billi jikru propjetà u b’hekk il-paga matul il-pandemija tnaqqset mhux bi ftit.

Dan wassal biex Delia qed iqatta’ ħinu fid-Dar Ċentrali ħalli s-saħħa tal-ġenituri tiegħu tkun protetta.

Skont sorsi mill-MUMN qalu li Adrian Delia kien wieħed minn tal-ewwel li għin lil infermiera biex ikollhom saqaf fuq rashom mingħajr ebda tip ta’ ħlas.