Lokali Parlament

Appell biex il-gvern ma jeqridx art agrikola fil-Magħtab

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella biex il-gevrn ma jeqridx art agrikola fil-Magħtab fil-pjani li għandu.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-istejjer li ħerġin mill-qorti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia bl-involiment tal-qtil f’dan il-qtil juru li l-gvern ħataf l-istituzzjonijiet biex dawn ibierku l-kapriċċi tiegħu.

Anki l-ambjent ħallas il-prezz tiegħu għal delitt iżda l-qerda tal-ambjent saret delitt fiha nnifisha. Dan hu parti essenzjali minn din l-immoralità. Il-pajjiż jinsab fi kriżi morali mhux biss politika. Bħal Daphne Caruana Galizia, anki l-ambjent kellu u għandu prezz.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż tilef it-tifsira tas-sewwa u kollox sar flus. Il-pajjiż għamdu kriżi ambjentali, kostituzzjonali, demokratika, istituzzjonali u politka għaliex intnesa x’inhu s-sewwa.

Illum il-pajjiż għandu bżonn pjan ta’ riġenerazzjoni morali; il-poplu tilef it-tama fl-ambjent. L-Awtorità qed tispiċċa tgħid iva għal kollox lill-gvern fuq diversi proġetti fosthom fil-proġett tal-Magħtab. Il-ftit art agrikola fil-Magħtab għandha tkun protetta, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-ERA għandha tkun kapaċi tieqaf lill-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem favur il-bdiewa u r-raħħala li jipproteġu l-ambjent u appella biex il-gvern ma jwettaqx proġetti li jkissru l-ambjent. Il-pajjiż jinsab fl-aħħar ftit raba’ li fadal fil-pajjiż. Hu qal li fil-Magħtab il-gvern għandu juża’ art li mhix agrikola minflok waħda agrikola u appella biex għall-inqas il-ħamrija li tinqala’ terġa’ titpoġġa fl-art li mhix agrikola li tinsab propju fl-istess żona; żewġ passi bogħod.