Lokali

“Diżrispett lejna” – l-Ispettur Camilleri jikkonferma li ma rċievew ebda email

“Bqajt nistenna l-ġurnata kollha xi tip ta’ email jew komunikazzjoni uffiċjali, pero’ bqajt ma rċevejt xejn”.

Hekk stqarr l-ispettur Sandro Camilleri, wieħed mill-14 li applikaw għall-pożizzjoni ta’ Kummissarju tal-Pulizija, hekk kif ilbieraħ il-Gvern ħabbar li l-għażla tal-Kabinett u tal-Prim Ministru waqgħet fuq Angelo Gafà.

L-ispettur Camilleri, filwaqt li awgura pubblikament lil Angelo Gafà, stqarr li sar jafa bl-għażla ta’ Gafà minn fuq il-media. “Fil-fatt, għadni ċċassat sa issa għax diżrispett li qatt ma stennejt”.

F’post fuq Facebook, Sandro Camilleri jgħid li applika għal Kummissarju tal-Pulizija għax kellu vizjoni u pjanijiet konkreti sabiex jibdel il-korp kompletament u radikalment. “Iżda jidher li kien inutli”.

Hu jinsisti fuq il-ġenwinità tiegħu. “Dejjem kont sinċier, nadif, ġenwin u trasparenti f’xogħli u f’ghemili”.