Lokali

Ebda tweġiba dwar il-kontijiet tal-familji

L-anqas laħqu għaddew 24 siegħa – wara li t-Tnejn ħallewh bilqiegħda, l-għada kellha issir konferenza tal-aħbarijiet oħra biex din id-darba ma jħallux barra lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Konferenza għall-media li fiha ma ħareġ xejn ġdid!

Għajr għall-fatt li l-Ministru tal-Finanzi ma kienx kapaċi jispjega għaliex il-Gvern ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl għall-familji u l-anzjani. Stqarr biss, li n-nies se jmorru tajjeb ħafna b’dak li tħabbar…iżda dwar il-kontijiet, ma qal assulutament xejn.

U wara li Net News żvela li lanaas il-kontijiet tan-negozji mhuma se jorħsu kollha kif prova jagħti x’jifhem il-Gvern…il-Ministru Scicluna issa tħarbat anke fuq ix-xhur li fihom se jkun hemm roħs.

…dan fil-fatt huwa żball. Għaliex id-dokument tal-Gvern juri biċ-ċar li r-roħs se jkun bejn Lulju u Settembru.

Intant, waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet Chris Fearne spjega illi l-R-factor jew ir-rata tat-trażmisjoni tal-Coronavirus fostna…għadha taħt il wieħed.

Din ir-rata ta’ trażmissjoni hi marġinalment ogħla minn dik tal-ġimgħa li għaddiet.