Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali Turiżmu

“Għajnuna pożittiva” – MHRA

Il-President tal-MHRA Tony Zahra

L-MHRA ddeskriviet il-pakkett finanzjarju li tħabbar mill-Gvern ilbieraħ bħala wieħed pożittiv u li se jgħin lill-industrija tat-turiżmu.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra fi stqarrija qal li dan il-pjan se jikkontribwixxi b’mod effettiv biex is-settur tat-turiżmu u l-bqija tal-ekonomija jerġgħu lura fuq saqajhom. Saħaq li x-xhur li ġejjin mhux se jkunu faċli għal-lukandi u ristoranti, madankollu, dan l-istimolu ekonomiku se jagħti spinta lejn aktar fiduċja fis-settur turistiku kollu u jawgura tajjeb għall-konsumaturi, l-impjegati u l-partijiet interessati l-oħra kollha inklużi l-investituri.

L-MHRA tirrikonoxxi d-diffikultajiet li se jkun emm f’dan is-settur iżda tinsab determinata li tindirizzahom u tgħelibhom fl-iqsar żmien possibbli sabiex tiżgura s-sostenibbiltà fis-settur tat-turiżmu billi tattira turisti lejn Malta bħala l-ewwel destinazzjoni tal-għażla tagħhom.