Lokali Parlament

Il-gvern ma jemminx fl-użu tal-enerġija alternattiva fosthom il-karozzi elettriċi

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li l-gvern ma jemminx fl-użu tal-enerġija elettriku fosthom il-karozzi elettriċi u għalhekk mhux jintroduċi l-inċentivi meħtieġa.

Fil-parlament David Thake qal li kieku kien għall-PL, il-pajjiż ma kienx jieħu ċenteżmu wieħed mill-UE. Iżda l-PL malajr tgħallem kif jieħu vantaġġ mill-fondi tal-UE għax jimpalaw il-flus għall-ħbieb tal-ħbieb.

Hu tkellem dwar it-twaqqif tal-ERA u fakkar li l-ngos kien qalu li l-qasma tal-MEPA kien metodu kif jiżdied il-kontroll politiku u mod kif tiddgħajjef il-protezzjoni tal-ambjent mill-gvern ta’ Joseph Muscat. L-iskop kien li l-ERA tkun biss konsulent tal-gvern u mhux parti integrali mit-tfassil tal-policy ambjentali. Dan hu dak li l-poplu qed jgħix llum.

L-ambjent għandu jkun il-kwalità tal-ħajja u mhux biss is-saġr u l-għelieqi. Il-problemi ambjentali huma l-problemi tal-kwalità tal-ħajja tan-nies, sostna David Thake, li staqsa x’inhu sjeħħ fil-Balluta.

L-ERA qalet li hi komda bil-permess biex isir moll fil-Balluta; se jaqbdu bajja fejn jgħumu n-nies u biex jaqdu lil xi ħadd se jaħmlu moll propju bixe jaqdu lil dan il-erpsuna bit-tniġġiż kollu li dan se jġib miegħu. Iżda lill-poplu qalulu li xorta jista’ jgħum.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ilma issa qed isir qisu ħalib u kulħadd komdu li kollox qed isir kif suppost. Hu staqsa jekk hux isir infurzar u għassa fiż-żona.

Hu semma’ l-Baħrija u l-Bidnija u staqsa jekk il-minsitru jafx b’nagħaġ li għandhom bżonn pent house biex jgħixu fejn qed ikun żviluppat suppost razzett b’diversi sulari! L-ERA x’inhi tagħmel?

Hu semma’ l-parkeġġ ta’ madwar is-City of London fil-Balluta u staqsa min qed jieħu ħsieb ir-residenti tal-lokal. Hemm parkeġġ għall-persuni b’diżabbiltà li fih lanqas persuna li mhux b’diżabbiltà ma jista’ juża minħabba li l-aċċess kważi spiċċa.

L-estii tal-ERA juru li d-dħul mill-infurzar se jonqos b’€150,000. Il-Ministri Ian Borg qaċċat 500 siġra fil-proġett tas-Centrali Link, li jsejjaħlu proġett favur l-ambjent. Dan hu l-ministru li jrid jibni swimming pool fuq art ODZ bil-PL jgħid li dan l-iżvilupp hu aċċettabbli.

Il-gvern ma ħabbar l-ebda inċentiv li jixpruna lill-pajjiż biex jittieħdu passi lejn ġenerazzjoni ta’ dawl li ma jniġġisx, żieda ta’ b’vetturi elettriċi u inċentivi għal negozji biex isiru iktar favur l-ambejnt. Il-gvern ma ħabbar l-ebda inizjattiva għall-futur. Lanqas il-ministeri ma jużaw karozzi elettriċi; lanqas il-Ministru għall-Ambjent.

Hu tkellem dwar il-karozzi elettriċi u qal li hawn biss 2% tal-vetturi f’Malta li jużaw id-dawl. L-inizjattivi tal-gvern mhux iwasslu biex il-poplu juża dawn il-karozzi, sostna David Thake, li kompla li l-gvern għandu jikkunsidra li l-karozzi tiegħu jkunu kollha bid-dawl. Il-gvern għandu jiċentiva lill-kumpaniji biex jużaw karozzi elettriċi u dawn jingħataw rebate ta’ 100% fit-taxxa. Il-gvern m’għandux it-twemmin reali favur l-ambjent.

David Thake semma’ l-infrastruttura tal-karozzi elettriċi u qal li ċ-charging points li kellhom isiru ma sarux u dawk li għandhom għandhom seba’ snin u m’humiex il-fast charges li llum huma disponibbli madwar l-Ewropa. Il-verità hi li mingħandu karozza tad-dawl irid joħroġ minn trieqtu biex jiċċarġja l-vettura għaliex m’hawnx charging points fiċ-ċentri tal-irħula, fil-kampjana u fil-lokalitajiet.

Dwar it-tariffa ta’ bil-lejl, id-deputat Nazzjonalista staqsa fejn huma dawn it-tariffi biex il-poplu juża iktar l-elettriku bil-lejl. Iċ-charging points eżistenti lanqas għandhom sinjal li jipprojbixxi karozzi li ma jaħdmux bid-dawl biex ma jipparkjawx fuqhom. Il-kumpaniji għandhom jingħataw rifużjoni tal-VAT komplut fuq il-karozzi elettriċi.

David Thake appella biex il-Gozo Channel isir b’xejn għal min għandu karozzi elettriku; l-istess jista’ jsir mal-Virtu Ferris. Il-karozzi elettriċi jridu jiddaħħlu fis-suq; fl-aħħar xahrejn kien hemm titjib fenominali fil-kwalità tal-arja iżda issa il-pajjiż qed jitlef din l-opportunità li tista’ sslava l-ħajja tat-800 persuna li kull sena jmutu b’mard respiratorju.

Hu tkellem dwar l-immaniġġjar tal-iskart u qal li l-PN għandha prinċipji li qed jiġu abbandunati mill-gvern meta jippersisti bil-pjani għall-Magħtab.

L-istraġeija tal-immaniġġjar tal-iskart ma tirriflettix il-pjani tal-gvern li jrid ikun diskuss mal-partijiet kollha konċernati b’kumitat ta’ esperti li jiffoka biss fuq l-inċineratur. Il-gvern qed ikun immatur meta jinħeba wara l-kumitat li għandu jinfetaħ għall-iskrutinju pubbliku.

David Thake qal li l-gvern ddeċieda li jmexxi l-pjani fil-Magħtab; il-PN hu favur li jitaqqas il-konsum u jkun hemm ir-riċiklaġġ iżda ma jaqbilx mal-mod kif ġie magħżul is-sit.

Hu kompla li l-gvern hu obbligat li jagħmel SPA iżda dan m sarx u qababd kumitat ta’ esperti jekk jista jagħmel l-inċeniturar fil-Magħtab; dawn qaluli li jista’ jsir.

Dwar l-enerġija rinovabbli, David Thake qal li l-isperanzi ta’ wlied il-poplu qed itiru minn Malta meta Malta ssieħbet fl-UE. It-tfal Maltin tgħallmu ħiliet u esperjenzi ġodda u qed jiġu lura u jipproponu bidliet biex l-ambjent ma jibqax ballun politiku għaliex l-ambjent hu ta’ kulħadd.

Hu appella għal politika komuni fl-ambjent u sostna li l-piż tal-iskart irid jinġarr flimkien.