Lokali

Il-PN se jinnomina lil Prof Gauci għal Ġieħ ir-Repubblika

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubbliak, il-Professur Charmaine Gauci se tkun qed tiġi nnominata għall-premju ta’ Ġieħ ir-Repubblika mill-Partit Nazzjonalista għax-xogħol siewi li wettqet matul il-pandemija tal-COVID-19.

Dan ġie mħabbar mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia fl-aħħar ħin, liema nomina se tkun f’isem il-frontliners kollha fil-Qasam tas-Saħħa.

Delia ħeġġeġ lill-Gvern biex lill-ħaddiem kollha li jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa jingħataw bonus speċjali għal ħidmiethom biex isewwi dak li m’għamilx fil-baġit.

https://www.facebook.com/adriandeliapn/