Futbol Sport

Imut l-eks plejer ta’ Manchester United Tony Dunne

(Ritratt: Manchester United)

Tard ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt tal-eks full-back Irlandiż ta’ Manchester United tas-snin 60 – Tony Dunne. Huwa kellu 78 sena. Rebbieħ tat-Tazza tac-Champions fl-1968 fil-finali mirbuħa f’Wembley Stadium minn Manchester United kontra Benfica bl-iskor ta’ 4-1, huwa kien għażla awtomatika għal Matt Busby.

Ingħaqad ma’ Manchester United fl-1960 fl-età ta’ 18-il sena. Wara li beda l-karriera ma’ Shelbourne, f’Old Trafford rebah l-FA Cup fl-1963 u darbtejn il-kampjonat fl-1965 u fl-1967. Ma’ Manchester United lagħab xejn anqas minn 535 partita u hu t-tmien wieħed fil-lista ta’ min lagħab l-aktar mal-klabb.

Fl-1973 ingħaqad ma’ Bolton Wanderers fejn sal-1979 lagħab 200 partita sakemm fi tmiem il-karriera mar l-Istati Uniti u lagħab ma’ Detroit Express. Mat-tim nazzjonali tal-Irlanda, Tony Dunne lagħab 33 partita fejn fl-1969 rebaħ ukoll l-unur tal-Player tas-Sena.

(Ritratt: Manchester United)