Il-Kamra tal-Kummerċ tinsab sodisfatta li l-Gvern aċċetta u ħabbar miżuri li kienu proposti minnha fosthom traħħis fil-prezz tal-fuel u appoġġ dirett biex tgħin lin-negozji jerġgħu jiġu lura fuq saqajhom.
Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ saħqet li tilqa’ wkoll il-miżuri mmirati lejn direzzjoni qawwija ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.
Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb qal li bosta mill-inċentivi huma mistennija jgħinu lin-negozji jibdlu l-kriżi tal-COVID f’opportunità ta’ tkabbir permezz ta’ ekonomija riġenerata.