Coronavirus Għawdex Lokali Turiżmu

“Issa jeħtieġ pjan fit-tul għat-turiżmu” – GTA

Ritratt: NET Media

Immedjatament jeħtieġ pjan fit-tul għat-turiżmu f’pajjiżna, u li ssir diskussjoni bl-involviment ta’ dawk kollha konċernati f’dan is-settur.

Hekk tenniet il-konklużjoni ta’ stqarrija maħruġa mill-GTA, il-Gozo Tourism Association fid-dawl ta’ dak li ġie mħabbar ilbieraħ fil-mini-budget tal-Gvern.

Fost l-oħrajn il-GTA laqet ukoll numru ta’ inizjattivi li ġew imnedija ilbieraħ, fejn qalet li bosta minnhom se jgħinu biex is-settur tat-turiżmu f’Għawdex jerġa’ jaqbad ftit ftit fix-xhur li ġejjin.

Huma qalu li fid-dawl tal-effett tal-imxija, Għawdex hija destinazzjoni mfittxija sew mill-Maltin, u għalhekk tilqa’ bis-sħiħ l-idea tal-€100 voucher li fil-maġġoranza tagħhom se jintefqu fi stabbilimenti turistiċi.

Il-GTA qalet li tistenna aktar inizjattivi simili ‘l quddiem biex is-settur tat-turiżmu f’Għawdex jerġa’ jirpilja.