Lokali Parlament

Jeħtieġ bilanċ bejn l-ambjent u l-kostruzzjoni

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar apella għall-bilanċ kruċjali u meħtieġ bejn l-ambjent u l-kostruzzjoni.

Fil-parlament Kevin Cutajar qal li l-ambjent u l-ippjanar huma setturi delikati u sostna li l-ERA hi awtorità li għandha sfidi kbar quddiema; kif għandha l-Awtorità tal-Ippjanar.

Hu semma’ l-importazzjoni massiċċa ta’ barranin u l-linja politika tal-gvern fil-kostruzzjoni u qal li dawn iż-żewġ setturi poġġew pressjonijiet kbar fuq l-ambjent.

Il-gvern qed jonqos li ma jpoġġix dawn is-settur fil-kuntest tal-ekonomija diversifikata; allaħares ibatti s-settur tal-kostruzzjoni għaliex tkun effettwata l-ekonomija.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN qed iressaq proposti fosthom dik tal-użu kontinwu tal-video conferencing anki wara l-COVID-19. Il-PN hu lest jikkonsulta dejjem mal-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm bilanċ bejn l-ambjnt u l-kostruzzjoni; dan hu punt kardinali f’dan is-settur. Il-poplu qed jilmenta mill-bini ikrah li qed jinbena fil-pajjiż; ħafna minn dan il-bini tela’ wara l-2013 għalkemm anki qabel kien hemm affarijiet li ma kienux sbieħ.

Il-gvern għandu jibża’ mir-reviżjoni li suppost saret fl-2016, sostna Kevin Cutajar, li fakkar il-kritika li kien jaqla’ gvern Nazzjonalista minħabba l-MEPA. Fl-2013 il-gvern Laburista flok ipprova jibbilanċja ġab sitwazzjoni ta’ anarkija bl-isfreġji u l-bini kollu li tela’.

Hu semma’ l-fondi li l-pajjiż kiseb mill-UE u li għalaq il-miżbla tax-Xagħra; liema miżbla l-gvern Laburista reġa’ fetaħ flok għamilha ġnien.