Lokali Parlament

Jeħtieġ pjan strateġiku ambjentali u pjan fit-tul

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li għandu jsir pjan starteġiku ambjentali għaliex l-ambjent għandu jkollu pjan fit-tul.

Hi appellat lill-gvern biex jifhem il-ħtieġa ta’ studju u anliżi aħjar dwar l-użu tal-art fil-Magħtab. Fil-qasma bejn il-protezzjoni tal-ambjent u l-ippjanar, il-PN kien espriema l-inkwiet tiegħu li l-pajjiż jasal fis-sitwazzjoni li wasal fiha llum.

Il-PN kien inkwetat meta fl-ippjanar, ir-ruħ ta’ min jiddefendi l-ambjent tintilef u għalhekk l-ERA dejjem tkun b’saħħitha biex twaqqaf dak li jista’ jkun ta’ detriment.

Hi rrikonoxxiet il-ħidma tal-ERA biex tissalvagwardja tliet żoni f’Għawdex u qalet li fil-Magħtab għandu jkun hemm bidu ġdid biex ma jkunx hemm iktar ħsarea ambjentali. Il-gvern kien ħabbarli se juża 279,000 metru kwardufil-Magħtab li issa niżlu għal 82,000 metru kwardu; x’garanzija hemm li dawn ma jistgħux jitniżżlu iktar?

Id-deputat Nazzjonalista staqsiet għaliex hemm insistenza li r-residenti jridu jbatu iktar meta l-iskart kollu tal-pajjiż se jinġieb f’din iż-żona.

Hi kkritikat lill-gvern għall-mod kif l-iskart qed jitħallat flok ikun separat u sostniet li l-poplu wera responsbabiltà fl-iskemi ta’ separazzjoni tal-iskart iżda l-gvern anqas bil-kbir u falla.