Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali Turiżmu

L-ACE tilqa’ l-pakkett finanzjarju mħabbar mill-Gvern

L-Assoċjazzjoni tal-Catering (l-ACE) tilqa’ b’sodisfazzjoni l-pakkett finanzjarju li tħabbar mil-Gvern it-Tnejn filgħaxija.

Fi stqarrija l-ACE qalet li dan il-pakkett se jservi biex jitnaqqas id-distakk fil-profit u l-likwidità kawża tal-miżuri li kienu daħlu fis-seħħ minħabba l-coronavirus.

Stħarriġ riċenti li sar minn din l-Assoċjazzjoni juri xejra pożittiva fil-prestazzjoni miksuba fit-tieni ġimgħa ta’ xogħol wara t-tneħħija tal-miżuri li kienu daħlu fis-seħħ. Għalhekk dan il-pakkett finanzjarju se jkompli jinkoraġġixxu din ix-xejra ‘l fuq, kemm direttament fl-industrija, kif ukoll matul il-katina tal-provvista tagħha, u jikkontribwixxi għas-sosteniment u t-tkabbir potenzjali fl-impjiegi.