Coronavirus Internazzjonali

L-iskejjel fir-Renju Unit mhux se jinfetħu għalissa

Il-pjan li jinfetħu l-iskejjel Primarji kollha fir-Renju Unit se jkun mibdul hekk kif issa l-Gvern Ingliż qed jgħid li l-iskejjel se jinfetħu f’Settembru.

Fl-aħħar jiem fir-Renju Unit kien hemm tħassib kbir dwar il-ftuħ tal-iskejjel hekk kif l-amministrazzjoni u l-għalliema tħallew kważi bla ebda informazzjoni dwar dak li se jiġri.

Ilbieraħ ġie maqbul li f’laqgħa tal-kabinett se jkomplu d-diskussjonjiet dwar it-tneħħija ta’ aktar miżuri u kif ukoll pjan ġdid għal ftuħ tal-iskejjel fir-Renju Unit.

Fir-Renju Unit ilbieraħ kien hemm ‘il fuq minn elf każ ġdid ta’ Coronavirus, filwaqt li numru ta’ vittmi għal din l-imxija tela’ għal aktar minn 40,500.