Coronavirus Impenn għas-Saħħa Lokali

Maskri ġodda mill-Playmobil

Il-kumpanija Playmobil użat il-kompetenza tagħha biex żviluppat maskla ġdida wara li faqqgħet il-pandemija tal-Corona Virus li żammet id-dinja fuq ix-xwiek għal xhur sħaħ.

Il-maskra li tista’ tintuża mill-ġdid għall-adulti wriet li hija effettiva ħafna. Din il-maskra tnaqqas ir-riskju li tinfetta nies oħra permezz ta’ qtar respiratorju.

Bħala prodott li jista’ jerġa’ jintuża u li jdum fit-tul, bil-maskra hija waħda faċli biex titnaddaf u għalhekk partikolarment tiffranka r-riżorsi u hija sostenibbli. Diversi materjali assorbenti, bħal tessuti disponibbli kummerċjalment, jistgħu jintużaw bħala filtri.

Il-PLAYMOBIL Nose-Mouth-Mask huwa disponibbli f’erba’ kuluri u jiġi fi tliet daqsijiet differenti Small, Medium u Large. Dab jista’ jinxtara mill-ħanut PLAYMOBIL FUNPARK f’Ħal Far jew onlajn fuq https://zaype.com/playmobil? kategorija = 6493.

Il-kumpanija qed tagħti €1 minn kull maskra mibjugħa li tinbiegħ bil-prezz ta’ €4.99 lil Malta Red Cross. Din id-donazzjoni tikkontribwixxi biex tnaqqas il-piż finanzjarju fuq is-soċjetà sabiex din  tkun tista’ tkompli tipprovdi kura professjonali u f’waqtha lill-individwi vulnerabbli matul il-kors ta’ din il-pandemija filwaqt li tissalvagwardja s-saħħa tal-membri attivi tagħha.

Malta Red Cross hija grata ħafna għal din l-inizjattiva li għaddejja minn Playmobil u għall-appoġġ tagħha matul ix-xhur li għaddew. Mingħajr donaturi ġenerużi bħal dawn, is-Salib l-Aħmar ta’ Malta ma kienx ikun f’pożizzjoni li jkun fuq quddiem fejn jidħol kemm il-proċess ta’ screening kif ukoll il-kura medika, ta ’individwi pożittivi preżunti jew ikkonfermati bħala COVID-19.