Lokali Qorti

Mixli li taqqal tfajla taħt l-età

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Naxxar ġie mixli li kkorrompa tfajla ta’ 14-il sena li spiċċat tqila minnu. Il-ġuvni li ismu ma jistax jissemma biex tiġi protetta l-identità tat-tfajla tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Huwa ġie mixli li b’għemil żieni kkorroma li t-tfajla u li pparteċipa f’attivitajiet sesswali magħha, u li f’dan il-każ ma’ tfajla taħt l-età. Ġie mixli wkoll li bl-imġieba tiegħu kkaġuna lit-tfajla biża li kienet se tintuża vjolenza kontriha u li ħebb għaliha bil-ħsieb li jinġurjaha, idejjaqha jew jagħmlilha ħsara.

Iż-żagħżugħ li tressaq mill-Ispettur Joseph Busuttil ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’  €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000. L-avukat Mario Mifsud deher għall-akkużat.