Lokali Qorti

Probation fuq serq ta’ Rolex

Mara ta’ 30 sena mill-Moldova ngħatat tliet snin probation wara li ammettiet li serqet arloġġ lussuż tal-idejn tal-marka Rolex. Marta Ivaorscaia wiġebet ħatja li serqet l-arloġġ tal-ex boyfriend tagħha u li għamlet rapport falz lill-Pulizija.

Hija ammettiet quddiem il-Maiġstrat Natasha Galea Sciberras li serqet dan l-arloġġ li jiswa’ aktar minn €2,300 fl-1 ta’ Ġunju li għadda minn residenza f’Ħaż-Żebbuġ.

L-Ispetturi Alfred Mangion u Joseph Xerri ressqu lil mara b’serq aggravat, li laqgħet għandha ħwejjeġ misruqa u li għamlet rapport falz. Aktar kmieni dan ix-xahar, fit-2 ta’ Ġunju li għadda, Jean-Pierre Schembri ta ’43 sena kien ġie mixli li ġurnata qabel fera lil Marta Iavorscaia u li aktar tard fl-istess jum, hedded u fera ħafif raġel li kien qed jagħtiha lift.

Il-mara fir-rapport tagħha kienet qalet li l-inċident seħħ f’nofsinhar f’Ħaż-Żebbuġ u wara kompla f’San Ġiljan, fejn ir-raġel allegatament insulenta u attakka tliet uffiċjali tal-pulizija, li rreżista l-arrest u heddidhom.

Schembri kien ġie akkużat ukoll li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja. Fil-Qorti ħareġ li r-raġel kien iddikjara li għen lill-mara billi xtralha l-ikel tagħha u taha ukoll kenn, biex hi spiċċat biex serqet l-arloġġ Rolex tiegħu. Huwa kien ingħata l-libertà proviżorja.

Mal-ammissjoni tagħha l-mara kienet qed tiffaċċa massimu ta’ seba’ snin ħabs, iżda l-Qorti tagħta ċans li tirrifmorma ruħha u mponiet tliet snin probation, u bil-kundizzjoni li ma tkellimx jew ma tersaqx lejn Schembri matul dan iż-żmien. L-Avukat Veronica Spiteri deheret għal Moldovana.