Lokali

Repubblika titlob għar-riżenja ta’ Byron Camilleri

Protesta quddiem il-Ministeru ghall-Intern - prezentata ittra lill-Ministru Byron Camilleri

Gepostet von NET News am Dienstag, 9. Juni 2020

Grupp t’attivisti ta’ Repubblika nġabru llum quddiem il-Ministeru tal-Intern jitolbu r-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri wara dak li sar magħruf f’dawn l-aħħar ġranet.

Waqt il-protesta spontanja li għaliha nġabru numru ta’ nies fil-limiti stabbiliti skont il-liġi minħabba l-Covid-19 twasslet ittra lill-Ministru Byron Camilleri.