Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19 – każ wieħed jirkupra

Fl-aħħar 24 siegħa saru ‘l fuq minn elf swab test u minnhom irriżultaw żewġ każijiet pożittivi, b’hekk il-każijiet attivi telgħu għal 26.

Fl-aħħar sigħat kellna każ wieħed li rkupra, biex issa t-total ta’ dawk li rkupraw minn din l-imxija huwa ta’ 597.

S’issa, fl-erbatax-il ġimgħa minn mindu faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna, kellna seba’ każi ġodda. Interessanti l-fatt li f’dawn il-ġimgħat kollha ma kellniex jumejn fuq xulxin fejn ma kienu rrappurtati l-ebda każi ġodda ta’ COVID-19.

Rapporti li waslu għand Net News qed jindikaw li bħalissa hemm żewġ persuni fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei, fejn wieħed minnhom għandu bżonn l-għajnuna tal-ventilator sabiex ikun jista’ jieħu nifs. Però dan ma jistax jiġi kkonfermat peress li l-Bulettini Medici li kienu jsiru ta’ kuljum mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, twaqqfu ħesrem.