Lokali

6 affarijiet li nnutajna mar-ritorn ta’ Konrad Mizzi

L-aħbar tal-wasla tal-eks Ministru Konrad Mizzi f’Malta ħolqot interess kbir, u l-filmati mxandra minn Net News bl-ewwel kummenti ta’ Mizzi kienu rappurtati b’mod estensiv minn diversi kmamar tal-aħbarijiet.

Hawn taħt, nisiltu sitt punti ta’ interess u fatti minn dak li qalilna, kif ukoll xi ftit kurżitajiet li innutajna malli Konrad Mizzi deher ħiereġ mill-mitjar.

1. Se jibqa’ kwarantina

Dan ifisser li fadlilna ħafna biex narawh fil-Parlament.

Dan ifisser ukoll li fadal biex jaffaċja skrutinju fil-Kamra tad-Deputati.

U min naħa tal-Pulizija? Ħadd ma jaf jekk ġiex avviċinat fuq l-akkużi serji dwar flejjes kbar li intefqu mill-MTA fiż-żmien meta hu kien Ministru, il-bejgħ tal-isptarijiet u l-istejjer marbuta mal-Montenegro.

2. Mizzi qal li kellu flight twila

Ma’ Net News, Konrad Mizzi stqarr li kellu “long trip

Id-domanda loġika li tiġi f’moħħ kulħadd hi: żgur kien ġej mir-Renju Unit? jew Londra kienet stop-over minn post ieħor?

3. Min kien ma’ Konrad Mizzi?

Dak li deher ma’ Mizzi hu imprenditur lokali, u wieħed jistaqsi jekk hux se jagħmel hu wkoll kwarantina.

4. In-nuċċali u l-maskra

Iva. Ankè Konrad Mizzi għandu din il-problema. Il-maskra u n-nuċċali ma tantx huma eżattament l-aqwa ‘partners’ f’dan iż-żmien tal-pandemija.

5. Imsiefer fuq xogħol

Okej, din interessanti. Jekk Konrad Mizzi kien imsiefer fuq xogħol. x’tip ta’ business mar jagħmel l-Ingilterra? Ma min iltaqa’? U meta eżatt ħassu ma jiflaħx?

Kemm kien ilu ma jiflaħx? U meta irrapporta b’dan kollu lill-Ispeaker Anglu Farrugia?

6. Jasal eżatt wara li ħareġ isem Angelo Gafà

It-Tnejn il-Gvern ħabbar li Angelo Gafà se jkun il-Kummissarju l-ġdid tal-Korp tal-Pulizija. U f’anqas minn 24 siegħa, tfaċċa Malta Konrad Mizzi. Kumbinazzjoni?

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi allega fuq il-media soċjali li Konrad Mizzi kien qed jistenna garanzijja mill-Prim Ministru Robert Abela li l-Kummissarju l-ġdid ma kienx se jarrestah.

Lil min taqbad temmen? Nistennew u naraw.

INFAKKRU: Il-Partit Nazzjonalista mhux se jipparteċipa fis-smigħ li se jkollu Angelo Gafà quddiem il-Kumitat Parlamentari li jrid jikkonferma l-għażla ta’ Robert Abela.