Lokali Saħħa

COVID-19: 3 każi ġodda – l-attivi jiżdiedu għal 29

Fl-aħħar 24 siegħa kienu rappuratati tlett każi ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna minn 851 swab. Dan filwaqt li ma ġew irrapportati l-ebda persuni mfejqa minn dan il-virus. Dan ifisser li n-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 29 persuna.

Dawn in-numri ġodda, ta’ kuljum qed ikunu pubblikati f’komunikat fuq il-paġna soċjali tal-Ministeru tas-Saħħa.

S’issa, hekk kif dħalna f’nofs l-erbatax-il ġimgħa minn mindu faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna, kellna 10 każi ġodda. Dan ifisser li ġiet immarkata żieda meta ċ-ċifri ġew kkumparati mal-ġimgħa preċedenti hekk kif fit-tlettax-il ġimgħa ġew ittestjati 9 każi ġodda. Dan filwaqt li l-aħħar jum fejn ma ġew irreġistrati l-ebda każ ġdid pożittiv kien fl-4 ta’ Ġunju.

It-total ta’ każijiet pożittivi għall-COVID f’pajjiżna jammonta għal 635, fejn minn dawn sfortunatament disa’ persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 597 persuna fiequ mill-virus.

Dawn il-każi ġodda mhux magħrufa fejn u fuq min feġġew minħabba l-fatt li l-Bulettini Medici li kienu jsiru ta’ kuljum mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, twaqqfu ħesrem.