Il-Moto GP ħabbret li l-Grand Prix tal-Italja għal din is-sena mhux se ssir minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Din hi t-tmien tellieqa li mhux se ssir mill-kalendarju ta’ din is-sena wara l-Qatar, l-Olanda, il-Ġermanja, il-Finlandja, ir-Renju Unit, l-Awstralja u l-Ġappun.
Din se tkun l-ewwel darba mill-1991 li t-tellieqa f’Mugello mhux se ssir. Dan iċ-ċirkwit hu wieħed mill-aktar ċirkwiti li jattira spettaturi tal-Moto GP speċjalment minħabba s-seba’ darbiet rebbieħ tal-Moto GP Valentino Rossi.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Dorna Sports Carmelo Ezpeleta qal li sfortunatament ma rnexxielhomx isibu soluzzjoni mill-aspett loġistiku u operattiv. L-organizzaturi qed jittamaw li jibdew l-istaġun bil-Grand Prix ta’ Spanja fiċ-ċirkwit ta’ Jerez fid-19 ta’ Lulju.
//= $special ?>