Lokali Parlament

Il-komunitajiet għandhom jissaħħu mhux jiddgħajfu

Karl Goduer, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex il-gvern iwettaq programmi ta’ tisħiħ tal-komunitajiet Maltin.

Fl-Aġġornament tal-parlament Karl Gouder qal li l-livell ta’ mibgħeda u nuqqas ta’ tolleranza fil-pajjiż qed jilħaq livelli perikolużi u sostna li r-responsabbiltà taqa’ fuq kulħadd anki fuq il-politiċi.

Hu kkundanna lil min jattakka fuq il-media soċjali u sostna li l-aktar fost fejn tkun ċelebrata d-diversità u r-rispett reċiproku hu fil-komunità. Hu enfażizza l-importanza ta’ komunitajiet iktar b’saħħithom anki jekk fihom hemm id-differenzi.

Fl-aħħar seba’ snin il-kunsilli lokali ma ngħatawx is-saħħa meħtieġa għax il-gevrn għandu ferneżija kif inaqqas is-saħħa tal-kunsilli lokali. L-aħjar nies li jafu lill-komunitajiet tagħhom huma l-kunsilliera u r-residenti.

Jeħtieġ li l-komunitajiet Maltin ma jkomplux ikunu imminati, sostna Karl Gouder, li kompla li l-PN lest jappoġġja lill-gvern jekk jintroduċi miżuri favur it-tisħiħ tal-komunitajiet.

Hu semma’ kif il-gvern qed jieħu l-poteri li kellhom il-kunsilli lokali fosthom l-infurzar u kompla li issa l-kunsilli jridu jmorru jokorbu għand id-dipartimenti.